Reference: 49/1999/1

Judgement Details


Date
03/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TABONE HENRY vs DEMAJO HILDA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, AI TERMINI TAL-KAP. 69 INKWILIN JISTA` JITLOB L-IZGUMBRAMENT TA` EX INKWILIN
Summary
Hawnhekk l-intimata kienet ex-inkwilina tal-fond li kienet irrinunzjat ghall-lokazzjoni izda baqghettokkupah. Ir-rikorrent kien l-inkwilin il-gdid ta' l-istess fond u ipprezenta rikors quddiem il-Bord tal-Kera fejn talab l-izgumbrament ta' l-ex-inkwilina. Qam il-punt jekk ir-rikorrent bhala semplici inkwilin kellux l-interess guridiku mehtieg biex jipproponi din l-azzjoni.

In tema legali jinsab stabbilit fid-dritt gudizzjarju civili li l-interess hu l-mizura ta' l-azzjoni u r-rekwizit ta' l-interess hu ndispensabbli ghall-proponibilita` ta' domandi fi kwalunkwe sede ta' gurisdizzjoni kontenzjuza. L-interess hu l-bazi ta' l-azzjoni; u ma jistax ikun hemm azzjoni jekk ma jkunx hemm interess. L-attur fil-gudizzju jrid ikollu nteress jistitwixxi l-azzjoni u jottjeni l-akkoljiment taghha. Jekk l-azzjoni tkun inkapaci li tipproduci rizultament vantaggjuz jew utili ghal min jipproponiha, dik l-azzjoni ma tistax tigi protetta. U l-interess irid ikun ga twieled u jrid ikun attwali,biex jiggustifika l-azzjoni. Biex wiehed jipproponi domanda f' gudizzju, kif ukoll biex imantniha,hemm bzonn illi jkollu nteress fiha, jigifieri hemm bzonn illi d-domanda ggiblu rizultat utili; liema nteress irid ikun legittimu u konkret;

Il-Qorti qieset li effettivament, anki jekk sempliciinkwilin, ir-rikorrent kellu l-interess guridiku mehtieg biex jipproponi l-azzjoni de quo.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info