Reference: 56/1992/2

Judgement Details


Date
08/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
BORG COSTANTINO vs CACHIA ZAMMIT ALEXANDER DR ECC TIEGHU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO MANUTENSIONIS, LIL MIN TIKKOMPETI - ACTIO MANUTENTIONIS, BAZATA FUQ IL-PUSSESS - ACTIO MANUTENTIONIS, MHIX DISPONIBBLI LIS-SEMPLICI DETENTUR - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - DETENZJONI, DISTINZJONI BEJN PUSSESS U - LOKAZZJONI, INKWILIN JISTA` JITLOB ZGUMBRAMENT TA` TERZ MILL-FOND LOKAT - LOKAZZJONI, MOLESTJA DI DIRITTO - LOKAZZJONI, MOLESTJA DI FATTO - LOKAZZJONI, RESPONSABILITA` TAS-SID GHAL MOLESTJA TA` TERZI PERSUNI - PUSSESS, DISTINZJONI BEJN DETENZJONI U
Summary
L-actio manutensionis hija kontemplata fl-artikolu 534 tal-Kodici Civili (Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta) li jipprovdi:

"Kull min, waqt li jinsab fil-pussess, ta' liema xorta jkun, ta' haga immobbli, jew ta' universalita` ta' hwejjeg mobbli, jigi mmolestat f'dak il-pussess, jista', fi zmien sena mill-molestja, jitlob li jinzamm f'dak il-pussess, basta li ma jkunx ha b'idejh dak il-pussess minghand il-konvenut bi vjolenza jew bil-mohbi, jew ma jkunx kiseb minghandu dak il-pussess b'titoluprekarju".

Skond il-gurisprudenza tal-Qrati taghna, ormai hu ben stabbilit li sabiex din il-kawza tirnexxi, il-promotur ghandu jressaq dawk il-provi necessarji sabiex jistabilixxi l-elementi ta' din l-azzjoni u cioe`:

a) il-pussess ta' haga immobbli jew ta' universalita' ta' hwejjeg mobbli;
b) l-atti li jikkostitwixxu l-molestja ghal dan il-pussess;
c) il-proponiment ta' l-azzjoni fi zmien sena mill-molestja

Il-pussess hu deskritt fl-art. 524 (1) ta' l-istess Kodici bhala "d-detenzjoni ta' haga korporali jew it-tgawdija ta' jedd, li taghhom tista' tinkiseb il-proprjeta` u li wiehed izomm jew jezercitah bhala tieghu nnifsu".

Id-distinzjoni bejn il-pussess ud-detenzjoni tinsab fl-animus tal-possessur. Sabiex ikun hemm pussess tutelabbli ai termini ta' l-Artikolu 534 huwa mehtieg pussess animo domini.

Huwa veru li l-artikolu 534 tal-Kodici Civli jipprovdi li l-azzjoni ta' manutenzjoni jista' jressaqha min "jinsab fil-pussess . ta' haga immobbli"u li dan il-pussess jista' jkun "ta' liema xorta jkun"; izda dan ma jfissirx li d-detenzjoni hija bizzejjed ghax detenzjoni mhijiex pussess. Kemm "pussess ta' liema xorta jkun" ma jinkludix ukoll id-detenzjoni jidher aktar car mill-artikolu ta' wara (l-artikolu 535) dwar l-azzjoni ta' spoll li, kontra dak li jipprovdi l-artikolu 534, isemmi kemm il-"pussess ta' liema xorta jkun" kif ukoll "id-detenzjoni" biex juri li l-azzjoni ta' spoll jista' jressaqha wkoll id-detentur.

Minn jokkupa art b'titolu ta' qbiela ma jikkwalifikax bhala possessur izda huwa semplici detentur u allura ma jgawdix mir-rimedju ta' l-actio manutensionis.

Illi hu maghruf illi d-dritt li l-konduttur jakkwista minhabba l-lokazzjoni hu personali, u mhux reali; u ghalhekk il-konduttur ma jakkwista ebda drittfuq il-haga lilu mikrija, imma jakkwista biss id-dritt li jkollu mil-lokatur it-tgawdija tal-haga ghaz-zmien tal-lokazzjoni. Il-konduttur hu fil-pussess tal-haga; imma jipposjediha f'isem il-lokatur. U ghalhekk, jekk il-konduttur isofri molestji minn ghand xi hadd li jippretendi illi ghandu xi dritt fuq il-haga huwa ghandu jsejjah lil-lokatur biex inehhilu dawk il-molestji; u jekk il-molestji jipprovjenu b''vie di fatto', il-konduttur ghandu azzjoni biex jirrespingihom, ghaliex dawn ma joffendux, ma jinteressawx ebda element tad-dritt tal-proprjeta`, imma huma offizi personali, jarrekaw dannu lill-persuna, u dina ghandha d-dritt li ggeghilhom jieqfu u li jkollha r-rizarciment tad-danni.

Il-ligi taghna tapplika dawn il-principji fid-dispozizzjonijiet ta' l-artikoli 1639, 1640, 1641, u 1642 tal-Kodici Civili. Hekk il-lokatur, minhabba n-natura stess tal-kuntratt, huwa tenut illijaghmel b'mod li l-konduttur ikollu l-pacifiku pussess tal-fond ghaz-zmien kollu tal-lokazzjoni; ubhala konsegwenza logika l-ligi tissanzjona lill-konduttur id-drittijiet imsemmija fl-art. 1640 u 1642 ta' l-imsemmi Kodici, fil-kaz li jigi molestat fit-tgawdija tieghu."

Hu maghruf li ghall-molestji 'di fatto' u turbattivi materjali, bla pretensjoni ta' drittijiet, il-konduttur ghandu jagixxi 'jure proprio', mentri ghall-molestji 'di diritto' l-azzjoni tieghu ghandha tkun diretta kontra min ikun krielu l-post, biex dan minn naha tieghu jipprotegieh b'azzjoni kontra l-pretendenti".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info