Referenza: 1294/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/02/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
SCHEMBRI-DAMIAN DAMIAN vs DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TAT-TWELID, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TAL-ISEM - ATT TAT-TWELID, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TAL-KUNJOM
Fil-Qosor
It-terminu "isem" fl-artiklu 253 tal-Kap. 16 (registrazzjoni ta` isem fir-Registru Pubbliku) ghalkemm lingwistikament huwa minnu li jista' wkoll jikkomprendi fih il-kunjom ta' persuna - kien u hu bissghall-fini tal-precitat artiklu 253 cirkoskritt ghal dak li bl-ingliz jissejjah "first name" jew "name to be called" - a differenza ta' dak li hu kunjom jew "surname". Fil-lingwa Franciza, bhal f'ilsna ohra, tinzamm differenza aktar netta bejn dak li jissejjah "prenom" minn dak li hu "nom de famille". Hu veru li fl-imsemmi artiklu hemm imsemmi wkoll li kull korrezzjoni tapplika wkoll ghal "dixxendenti ulterjuri", pero' din hija "lapsus", oppure kopertura tal-possibilita' li kemm-il darba isem ta' axxendenti jkun inbidel minn, per ezempju, "Paul" ghal "Joseph", tali korrezzjoni, talvolta milqugha, trid tibqa' tigi annotata. Pero' mid-dibattiti parlamentari jemergi li "ratio legis" kiendak biss li jaghmilha possibbli li f'kazi idoneji l-isem (il-"first name" jew "prenom") ikun jista'jigi mibdul - imma mhux il-kunjom ammenoke' ma jkunx hemm zball.

Kunjom huwa wkoll patrimonjutas-socjeta' d-distinzjoni rispettiva tal-familji. Din hija l-bazi u l-ordni ta' kull socjeta', ughalhekk teoretikament ma jistax ikun permess lil persuna, l-ghaliex il-kunjomi taghha ma joghgobhiex li taddotta marte proprio dak il-kunjom gdid. Kieku jkun hekk, il-konsegwenza tkun id-dizordni ul-konfuzjoni tas-socjeta'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni