Reference: 819/1989/1

Judgement Details


Date
05/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
GRECH MARY ET vs CHETCUTI JOSEPH PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, META SIMULAZZJONI TISTA` TIGI SOLLEVATA PER VIA DI ECCEZIONE - ECCEZZJONIJIET, META SIMULAZZJONI TRID TIGI SOLLEVATA PER VIA DI AZIONE - SOCJETA` KUMMERCJALI, RAPPREZENTANZA TA` - SOCJETA` KUMMERCJALI, RIZOLUZZJONI TAL-BORD TAD-DIRETTURI MEHUDA MINN DIRETTUR INTERESSAT - SOCJETA` KUMMERCJALI, VIZZJU TAL-KUNSENS
Summary
L-eccezzjoni tas-simulazzjoni ta' kuntratt tista' tigi sollevata ope eccezionis, izda dan huwa validu f' azzjoni fejn qed tigi mitluba l-esekuzzjoni, totali jew parzjali, ta' dak l-istess kuntratt; umhux bhal fil-kaz prezenti fejn qed tigi mitluba r-rexissjoni ta' kuntratt differenti.

Rizoluzzjoni tal-bord tad-diretturi mehuda minn direttur li jkollu interess hija nulla.

Il-posizzjoni legali hija li meta s-simulazzjoni, sew assoluta kemm relattiva, [f' dan il-kaz jidher li s-simulazzjoni pretiza hija biss relattiva ghax tista' tahbi donazzjoni] tigi sollevata mill-parti azzjonata biex taghti ezekuzzjoni ta' kuntratt, dik il-forma ta' eccezzjoni hija recevibbli fl-istess azzjoni, b' differenza minn meta s-simulazzjoni tkun qeghda tigi allegata minn terz.

wiehed mir-rekwiziti ghall-validia' tal-kuntratti huwa l-idem placitum consensus u cioe' il-fusjoni tal-kunsens tal-kontraenti kollha, essenzjali ghall-holqien tal-vinkolu kontrattwali validu. Ghalhekk "jekk il-kunsens ikun gie moghti bi zball, jew mehud bi vjolenza, jew b' eghmil doluz [fit-test Ingliz: fraud]ma jkunx jiswa" [Art.974] u "L-eghmil doluz huwa motiv ta' nullita' tal-ftehim meta l-inganni maghmulin minn wahda mill-partijiet ikunu tali illi minghajrhom il-parti l-ohra ma kienitx tikkundtratta"[Art.981].

Illi f' materja ta' dolo fil-kamp civili japplikaw is-segwenti principji kardinali: [1] li l-ingann esercitat kien il-kawza determinanti li ta lok ghall-ftehim; [2] l-ezistenza ta'element specifiku kostitwit mill-ingann uzat; [3] in-necessita' tal-prova tad-dolo jew frode minn min jallegah.

Hawnhekk gie deciz li ajjonist / direttur li biegh proprjeta` tal-kumpannija bifrodi ghall-azzjonisti l-ohra tal-kumpannija kien qieghed jagixxi b'tali mod li l-kunsens tal-kumpannija kien affett minn ingann ta' natura determinanti; b' mod li jwassal ghall-inezistenza tal-kunsens legali da parti taghha meta dehret fuq il-kuntratt rapprezentata minn persuna mhux debitament awtorizzata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info