Referenza: 999/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
AQUILINA JOSEPH NOE ET vs VERDALA MANSIONS LIMITED GIA` SUNNY HOMES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO REI VINDICATORIA, MA TISTAX TIGI KOMBATTUTA BIL-PRESKRIZZJONI ESTINTIVA - ACTIO REI VINDICATORIA, MHIX MEHTIEGA L-PROVA TAN-NUQQAS TA` TITOLU TAL-KONVENUT - DETENZJONI, DISTINZJONI BEJN PUSSESS U - PRESKRIZZJONI, APERTURI LI JAGHTU FUQ FOND TA` HADDIEHOR M`HUMIEX INDIKATTIVI TA` PUSSESS ANIMO DOMINI GHALL-ISKOPIJIET TAL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, DETENTUR MA JISTAX JINVOKA L-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, DISTINZJONI BEJN IL-PRESKRIZZJONI ESTINTIVA U DIK AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PUSSESS MEHTIEG GHALL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PUSSESS, DISTINZJONI BEJN DETENZJONI U
Fil-Qosor
L-azzjoni tal-proprjetarju biex jiehu dak li huwa tieghu ma tistax tigi oppost b' semplici preskrizzjoni estintiva, imma b' dik akkwizittiva konvolgenti l-pussess tal-eccipjent. Ir-relevanza ta' dantohrog mill-fatt li, nonostante li r-regola kontemplata fl-artikolu precitat tapplika fil-generalita' taghha kemm ghall-preskrizzjoni estintiva kif ukoll ghal dik akkwizittiva, hemm distinzjoni elementari bejn dawn iz-zewg preskrizzjonijiet; ghax filwaqt li fil-preskrizzjoni estintiva l-eccepjent huwa tenut jipprova biss il-perkors taz-zmien statutorju applikabbli u imbaghad ikun jispetta lill-attur kreditur li jiddefendi lilu nnifsu billi jaghzel it-triq u l-mezz li taghtih din il-ligi biex jinnewtralizza tali eccezzjoni; fil-kaz tal-preskrizzjoni akkwizittiva, din tirrikjedi l-prova mhux biss tal-perkors taz-zmien stabbilit mill-ligi, imma wkoll tal-elementi kollha li l-ligi tezigi li jigu pruvati biex din l-eccezzjoni tirnexxi.

Malli l-attur jipprova d-dritt tieghu ta' dominju "m' ghandux ghalfejn jaghmel xejn izjed; senjatament m' ghandux ghalfejn jaghmel il-prova negattiva li l-konvenut m' ghandux id-dritt reali li qed jikkampa in kwantu tali prova tispetta allura lill-konvenut li jkun qed jallegaha.

Jigi osservat wkoll f' materja ta' pussess li min jidditjeni f'titolu prekarju ikun qed jidditjeni f' isem il-pussessur u min jiddetjeni f'isem haddiehor mhux possessur; il-pussess huwa tal-persuna li f'isimha qed tinzamm il-haga. Ghalhekk hija din il-persuna ossia l-possessur li tista' tippreskrivi.. Rilevanti wkoll li jigi annotat li skond l-Artikolu 2118 dawk li jzommu f' isem haddiehor ma jistghux jippreskrivu favur taghhom infushom, jghaddi kemm jghaddizmien. Dawn jinkludu l-kerrejja, id-depozitarji, l-uzufruttwarji u generalment dawk li ma jzommux il-haga bhala taghhom infushom, uti dominus. Ghax "mhux bizzejjed li jkollok id-detenzjoni tal-haga jew it-tgawdija taghha mhux bhala haga proprja imma bhala haga ta' haddieor, ghalliex allura din tkunfiss detenzjoni jew tgawdija prekarja".

Rigward lil-kuncett tal-pussess rikjest, jinsab insenjat illi tnejn huma l-elementi bazici tieghu: dak materjali konsistenti fil-poter ta' fatt fuq il-haga, u dak intenzjonali konsistenti fl-animus tal-possessur li jgawdi d-dritt fuq il-haga bhallikieku hu kien proprjetarju taghha - animus et corpus; corpus possessionis et animus possidendi vel animus domini. Mhux bizzejjed li jkun ezercizju bil-bona grazzja jew tolleranza.

Art adjacenti proprjeta' ta' persuna tigi okkupata minn dik il-persuna billi tinkorporaha fizikament fil-proprjeta'tieghu u mhux billi tiftah bieb ghal fuqha. Huwa fatt risaput, li meta persuna jkollha post b' nahaadjacenti ghal-plot jew art mhux zviluppata, ta' sikwit il-proprjetarju jiftah twieqi jew bieb li jghatu fuq dik l-arja, izda b' daqshekk ma jkunx ha possess ta' dik l-arja. Dan gie rikonoxxut mill-gurisprudenza li enuncjat il-principju li minn jiftah tieqa fuq art mhux zviluppata ta' terzi, dan ma johloq qatt servitu' ghax titqies li thalliet miftuha b' mera tolleranza. Ghalhekk, twieqi u bibien miftuha fuq art ta' haddiehor, daqskemm ma jistghux joholqu servitu' daqstant iehor ma jistghux ikunu prova ta' 'pussess' ghall-fini ta' akkwist ta' proprjeta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment