Referenza: 1195/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/09/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CARUANA DR SANDRA vs MIFSUD JOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, ANIMUS INIURIANDI - LIBELL, APOLOGIJA - LIBELL, ATTRIBUZZJONI TA` AGIR KRIMINALI - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, PUBBLIKAZZJONIJIET PRIVILEGGJATI - RAPPORT TA` DISKORS F`AVVENIMENT PUBBLIKU - LIBELL, REPUTAZZJONI PROFESSJONALI - PRESKRIZZJONI, M`HEMMX INTERRUZZJONI META ITTRA UFFICJALI MA TIGIX NOTIFIKATA - PRESKRIZZJONI, SOSPENSJONI JEW INTERRUZZJONI BID-DOMANDA GUDIZZJARJA
Fil-Qosor
L-Artikolu 2130 tal-Kodici Civili [Kap. 16] jipprovdi li l-preskrizzjoni "ma tinkisirx jekk in-notifika ta' l-att ma ssirx qabel ma jaghlaq xahar li ghandu jibda jghodd mill-ahhar jum taz-zmien li hemm ghall-preskrizzjoni". Dan il-provvediment ma kienx japplika fil-kaz ta' att ta' citazzjoni.

L-artikolu 2130 japplika meta si tratta ta' ittra ufficjali jew xi att gudizzjarju iehor skond l-artikolu 2128 tal-Kodici Civili li bih il-kreditur juri li bi hsiebu jzomm il-jedd tieghu ta' azzjonifil-konfront tad-debitur. Fil-kaz ta' citazzjoni il-prezentata ta' l-att tinterrompi l-preskrizzjoni indipendentement min-notifika.

L-Artikolu 12A ta' l-Att dwar l-Istampa jipprovdi li:

"Fi proceduri mehuda in forza ta' dan l-Att tkun difiza ghall-editur jew ghar-responsabbli ghall-pubblikazzjoni li jipprova li l-informazzjoni pubblikata kienet tikkonsisti f'rapport preciz ta' diskors li sar f'avveniment pubbliku importanti minn persuna identifikata u li kienet taf jew ragonevolment setghet tkun taf jew tistenna li l-kontenut ta' dak id-diskors se jigi pubblikat f'gazzetta jew f'mezz tax-xandir, u li l-pubblikazzjoni ta' l-istess diskors kienet ragonevolment gustifikabbli f'socjeta' demokratika.

Il-kliem li uza l-legislatur huwa car, u b'ebda tigbid ta' l-immaginazzjoni ma jista' wiehed jghid li l-ittra u l-intervista jammontaw ghal "diskors li sar f'avveniment pubbliku importanti". Apparti minn hekk, pero`, il-pubblikazzjoni tad-diskors (malafamanti) trid tkun ukoll "ragjonevolment gustifikabbli f'socjeta` demokratika". Evidentement il-legislatur hawnhekk qedjirreferi ghal sitwazzjonijiet fejn, fil-kuntest ta' materja ta' interess pubbliku generali, dak lijintqal f'avvenimenti pubblici importanti, ghalkemm ikun prima facie malafamanti, jista' addiritturajkun doveruz li jigi ppublikat f'gazzetta jew f'mezz tax-xandir. Il-legislatur kjarament hawnhekk qed jalludi ghal dak il-bilanc li jrid jinzamm bejn id-dritt u d-dover tal-kronaka f'materja ta' interess pubbliku generali u d-dritt ghar-reputazzjoni ta' dak li jkun, reputazzjoni li meta si tratta in partikolari ta' nies fil-hajja pubblika u politika jew ta' istituzzjonijiet pubblici, wiehed jistenna li tigi attakkata, entro certi limiti, bl-espressjoni ta' opinjonijiet u "value judgements" fuql-operat taghhom.

Ghalkemm jista' jinghad li l-attribuzzjoni ta' nuqqas ta' professjonalita`u nuqqas ta' skrupli hi "opinjoni" b'ebda tigbid ta' l-immaginazzjoni ma jista' jinghad li tali opinjoni jew kumment huwa fair.

Ebda "fair-minded man, holding a strong view, holding perhaps anobstinate view, holding perhaps a prejudiced view" ma jista' jghid li avukat ma mxiex b'mod professjonali ghax ezibixxa kopji ta' artikoli minn gurnali quddiem qorti meta dik l-istess qorti tkun accettat dawk il-kopji bhala provi u ma ordnatx l-isfilz taghhom. Aktar serja, pero`, hi l-attribuzzjoni ta' dikjarazzjoni falza li mhux biss hi dikjarazzjoni ta' fatt u mhux semplici opinjoni, izda hijadikjarazzjoni fattwalment inveritjera.

Hi gurisprudenza, tista' tghid kostanti, tal-qrati taghna, li meta si tratta ta' kliem li huma fihom infushom ingurjuzi, l-animus injuriandi huwa prezunt. Il-kliem, b'referenza ghall-kelma "malafama" fl-Artikolu 28(1), ".li l-ghan taghha jkun li tellefjew tnaqqas ir-reputazzjoni ta' xi persuna." (fit-test Ingliz ".the object of which is to take awayor injure the reputation of any person.") ma jirriferux ghal xi intenzjoni specifika jew motiv ulterjuri li jrid ikollu l-awtur tal-kitba, l-editur jew il-persuna responsabbli ghall-pubblikazzjoni, izda jirreferu ghat-tendenza tal-kliem sampat jew tal-kliem imxandar li jtellef jew inaqqas ir-reputazzjoni ta'dak li jkun.

Huwa lecitu, hafna aktar milli qatt kien, skond il-gurisprudenza kifzviluppat matul iz-zmenijiet, li tikkritika kemm trid, diment li din issir entro certi limiti u li l-liberta` ma tissarrafx f'libertinagg u f'irresponsabbilta` b'tali mod li persuna tigi assoggettataghal addebiti foloz li jistghu jwasslu biex joskurawha f'ghajnejn il-pubbliku. Il-liberta` ta' espressjoni m'hijiex xi licenzja li wiehed ighid li jrid minghajr kontroll. Id-dritt invokat mill-appellant huwa suggett ghal certu kondizzjonijiet.

Is-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 28 tal-Kap. 248jipprovdi li:

F'kull kaz li ghalih japplika dan l-artikolu, il-konvenut jista', bi tnaqqistad-danni, jipprova li hu jkun ghamel jew offra li jaghmel apologija lill-attur dwar dik il-malafamaqabel ma tkun inbdiet l-azzjoni ghad-danni jew, kemm jista' jkun malajr wara malli kellu l-opportunità li hekk jaghmel f'kaz li l-azzjoni tkun inbdiet qabel kellu l-opportunità li jaghmel jew li joffri li jaghmel dik l-apologija: Izda l-konvenut ma jistax igib dik il-prova bi tnaqqis ta' danni jekkhu jkun gieb il-prova tal-verità skond l-artikolu 12 ta' dan l-Att.

L-ewwel Qorti ma applikatx din id-disposizzjoni ghax kienet tal-fehma li l-appellant, allura konvenut, ma kienx sincier fl-apologija tieghu u dan peress li hu baqa' jsostni li effettivament ma kienx hemm libell jew malafama.Fir-rikors ta' appell tieghu l-appellant issottometta li "imkien fil-ligi ma hu mehtieg li l-konvenut jaccetta li kien hemm libell biex juri dispjacir u jitlob apologija".

Il-Qorti ta' l-Appell qieset li f'certu sens l-appellant kellu ragun in kwantu ghar-ragunament tal-ewwel Qorti, u dan peress li huwa biss fil-kaz li l-konvenut jeccepixxi il-verità tal-fatti skond l-Artikolu 12 li ma jkunx applikabbli t-tnaqqis skond is-subartikolu (2) ta' l-imsemmi Artikolu 28 - u l-appellant f'ebdastadju ma ta din l-eccezzjoni. Mill-banda l-ohra, però, il-ligi taghmilha cara li jekk l-azzjoni tkun inbdiet qabel ma l-konvenut kellu l-opportunità li jaghmel jew li joffri l-apologija, dik l-apologija, biex tiswa' ghall-finijiet tat-tnaqqis tad-danni, irid jaghmilha jew joffriha "kemm jista' jkunmalajr wara malli kellu l-opportunità li hekk jaghmel". Issa, fil-kaz in dizamina l-ewwel opportunità li kellu l-konvenut appellant biex jaghmel jew joffri tali apologija kienet fin-nota ta' l-eccezzjonijiet u/jew fid-dikjarazzjoni guramentata annessa maghha. In-nota ta' eccezzjonijiet u d-dikjarazzjoni guramentata izda ma kien fiha ebda tali apologija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni