Referenza: 37/1996

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/09/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID, MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs DIMECH MARTIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPLICI - XHUD WIEHED
Fil-Qosor
Il-komplici huwa dak li ghalkemm ma jippartecipax materjalment fis-serqa . jaghmel xi haga, bi ftehim maghhom, jigifieri jkun hemm il-ftehim minn qabel maghhom, biex jghinhom jew fil-preparazzjoni tas-serqa, jew fit-twettiq tas-serqa, anke min ikun qieghed jghinhom fit-twettiq tas-serqa per ezempjubilli joqghod ghassa barra. Dan ikun qieghed jghinhom fit-twettiq ghax waqt li tkun qed ssir is-serqa gewwa, ghandhom il-guard barra li qieghed ghassa. Jew inkella, dejjem bi ftehim maghhom, jew fil-preparazzjoni jew fit-twettiq tas-serqa, jew jghinhom, pero` dejjem bi ftehim minn qabel maghhom, biex wara s-serqa jaharbu, jew biex ma jinqabdux jew biex jiddisponu mir-refurtiva. L-importanti huwa naturalment li jkun hemm il-ftehim minn qabel.

F'kull kaz, ix-xiehda ta' xhud wiehed biss jekkemmnut minn min ghandu jiggudika fuq il-fatt, hija bizzejjed biex taghmel prova shiha u kompluta minn kollox, daqs li kieku l-fatt gie ppruvat minn zewg xhieda jew aktar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment