Referenza: 1690/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/06/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
FENECH RAYMOND ET vs BAJADA ANTOINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI, NUQQAS TA` HLAS TA` TAXXA - KONVENJU, CESSJONI TA` JEDDIJIET GHANDHA TIGI NOTIFIKATA LILL-KONTROPARTI B`ATT GUDIZZJARJU - KONVENJU, CESSJONIJIET TA` DRITTIJIET FUQ
Fil-Qosor
Meta ssir cessjoni ta` drittijiet fuq konvenju ic-cessjonarju jkun jista` jivvanta drittijiet fil-konfront tad-debitur wara n-notifika lilu tac-cessjoni ai termini ta' l-Artikolu 1471 tal-Kodici Civili.

Ghalhekk jekk tali notifika ma tkunx lehqet saret huwa c-cedent li ghandu d-dritt li jibghat l-interpellazzjoni lid-debitur sabiex jaddivjeni ghall-att notarili.

Imkien ma hemm stipulat fil-ligi li mal-att gudizzjarju kontemplat fl-Artikolu 1471 ghandha tigi annessa kopja tal-att tac-cessjoni.

Imkien fl-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti ma hemm ravvizata s-sanzjoni tan-nullita' minhabba nuqqas ta' hlas ta' taxxa; u ghalhekk huwa anti-guridiku li, fin-nuqqasta' norma espressa, l-inadempjenza ta' dan l-obbligu tal-kontraenti titqies bhala li timporta n-nullita' tal-att. Il-ligi fl-Artikoli 13 u 18 ta' l-imsemmi atti, ma tghidx li, f' dawn ic-cirkostanzi,l-att huwa null, izda timponi li tali dokumenti ma jkunx producibbli quddiem qorti, li ma tkunx ta'gurisdizzjoni kriminali, u li ma jsir ebda uzu minn dokument suggett ghat-taxxa that dak l-att u lifuqu ma tkunx thallset it-taxxa. Li kieku l-ligi riedet timponi s-sanzjoni estrema tan-nullita' kienet tghid hekk espressament: quod lex voluit lex dixit.

Stante li l-imsemmi nuqqas ma jimportax in-nullita' tal-att innifsu, jsegwi li bil-hlas tat-taxxa fuq l-att fil-mori tal-kawza, il-posizzjoni tigi sanata bis-sahha tal-principju jus superveniens firmat actionem et exceptionem u ghalhekk l-effetti kontemplati fl-Artikoli 13 u 18 ma jibqghux applikabbli, bir-rizultat li l-partijiet jistghu jaghmlu uzu minn dan id-dokument ghall-finijiet u effetti tal-ligi, u anki jressquh bhala prova valida fil-procedrui odjerni.

In-nuqqas ta' hlas ta' taxxa ma jimportax nullita' minhabbakawza jew obbligazzjoni illecita.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment