Reference: 1857/1998/1

Judgement Details


Date
26/04/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GAUCI RAYMOND PRO ET NOE vs GALEA CHRISTOPHER
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, KOMPUTAZZJONI TRID TKUN MARBUTA MAR-REALTA` TAL-HAJJA - DANNI, KRITERJI GHALL-KOMPUTAZZJONI TA` QLIEGH FUTUR - DANNI, KUNCETT TA` LUCRUM CESSANS - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, TELF TA` QLIEGH - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - HAJJA LAVORATTIVA - KONTUMACJA - LUMP SUM PAYMENT, TNAQQIS RELATTIV - MULTIPLIER, MINN META JIBDA JINGHADD
Summary
Huwa pacifiku li l-kontumacja ma hijiex ammissjoni u skond kif dejjem gie riferut minn dawn il-Qratil-kontumacja ghandha tigi interpretata wkoll bhala oppozizzjoni u l-Qorti ghalhekk tidhol f' certidettalji li thoss illi huma mehtiega biex tistabilixxi l-verita` tal-fatti.

Originarjament kien jitqies li l-multiplier qatt ma jeccedi l-ghoxrin sena. Sentenzi aktar recenti irritenew li s-sitwazzjoni tbiddlet ghaliex ghalkemm is-sistema stabilita f'Butler vs Heard hija dik l-iktar addatta,sakemm tinstab sistema ohra ta' komputazzjoni aktar gusta, pero' dan ma jfissirx illi l-Qorti ghandha jew tista' tikkonsidra ruhha marbuta rigorozament ma' applikazzjoni tas-sistema msemmija li jorbtilha idejha li dejjem u f'kull kaz ghandha tapplika multiplier li f'certi cirkostanzi evidentement ikun iwassal ghall-likwidazzjoni irreali jekk mhux addirittura ngusti. Sistema, tkun liema tkun, hijatajba purche' thalli f'idejn il-gudikant dak il-margni ta' diskrezzjoni li hu jhoss li konformementma' l-aspetti partikolari ta' kull kaz hu necessarju sabiex issir gustizzja.

Il-Qorti ma ghandiex tkun marbuta ma decizjonijiet li jillimitaw l-life expectancy sa massimu ta' ghoxrin sena, u tali principju gie konsistentement segwit u zvillupat mill-gurisprudenza nostrali tenut kont dejjem tac-cirkostanzi kollha tal-kaz in partikolari, u inkluz 'changes and chances' tal-hajja b'dan li l-Qorti ma ghandha tkun qatt marbuta ma xi massimu gia stabilit sallum li, fl-ahhar mill-ahhar, huwa dejjem arbitarju w opinjonistiku.

Il-Qrati fil-pronunzjamenti taghhom dwar il-kriterji li ghandhom jintuzaw biex jippruvaw jaghmlu tajjeb ghall-incertezzi li l-likwidazzjoni ta' danni f'kazijiet simili, dejjem jaghtu lok ghalihom li qatt ma jirrunzjaw ghall-fakolta' diskrezzjonali taghhom. Ghandu jkun hemm certa elasticita' ta' kriterju ghaliex il-pronunzjament huwa wiehed ta' probabilita'. Id-danneggjat jinghata somma kapitali darba wahda biss li meta tinghata b'sentenza mhiex aktar soggetta ghall-ebda revizzjoni. Ghalhekk din is-somma kapitali trid tkun tikkorispondi kemm jista' jkun mar-realta`.

In-numru ta' snin adottat bhala multiplier m'ghandux ikun bazat fuq l-aspettativa tal-hajja in generali tad-danneggjat izda fuq l-aspettativa tal-hajja lavorattiva tal-vittma tal-incident u ghalhekk jittiehdu in konsiderazzjoni ic-'chances and changes' tal-hajja.

Il-perjodu tal-multiplier ghandu dejjem jigi kunsidrat li jibda jiddekorri mid-data ta' l-incident. Id-danni necessarjament jigu likwidati wara l-incident, u xi drabi ftit wara l-incident u xi drabi ohra, stanteproceduri legali li fin-natura taghhom jinvolvu t-trapass taz-zmien, xi ftit snin wara l-incident ueccezzjonalment bosta snin wara. Il-fatt li jkun ghadda z-zmien sa kemm jigu likwidati d-danni m'ghandux jaffettwa l-metodu ta' likwidazzjoni li ghandu dejjem jibqa l-istess billi l-perjodu tal-multiplier dejjem jibda jiddekorri mid-data tal-incident. Altrimenti l-likwidazzjoni bil-multiplier ma issirx b'mod uniformi.

Fir-rigward tar-riduzzjoni ghall-`lump sum payment' il-Qorti, fl-iskortita' decizjonijiet ohra moghtija minnha kif presjeduta, jidhrilha li ma ghandu jsir l-ebda tnaqqis fil-persentagg solitu ta' 20 fil-mija ghal 'lump sum payment' jekk ma jkunux ghaddew aktar minn tlett snin mid-data tal- prezentata tac-citazzjoni u jekk ikun ghadda dan il-perjodu alluraghandu jsir tnaqqis ta' 2% ghal kull sena minn dik id-data.

B'telf ta' qliegh wiehed ma ghandux jifhem biss telf ta' salarju jew hlas iehor li huwa jircievi izda ghandu jinkludi l-ispejjez kollha li mhabba fl-infortunju l-persuna jkollha taghmel ghaliex hija se jkollha titlef dawn il-flus imhabba f'dan l-infortunju".

Hawnhekk il-vittma tal-incident kien minuri li ma kienx jahdem udan minhabba l-eta tenera tieghu u b'hekk kellu aspettativa ta' hajja lavorativa twila u normali kifukoll lukrattiva.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info