Reference: 1850/2001/1

Judgement Details


Date
23/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
DOMENICI WISTIN vs SCERRI ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, INTEMPESTIVITA` - ACTIO SPOLII, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - KONJUGI TAL-KONVENUT - ACTIO SPOLII, MIN HU LEGITTIMAT LI JISTITWIXXI L-AZZJONI
Summary
L-azzjoni ta' spoll hija mahsuba biex thares stat ta' fatt. Tinghata lil min ghandu t-tgawdija ta'haga kontra min ifixklu f'dik it-tgawdija. Kull min ghandu t-tgawidja tal-haga jista' jressaq l-azzjoni; ma hux mehtieg li jkun parti fil-kawza kull min ghandu jedd fuq il-haga jew interess fiha, ughalhekk ma hux mehtieg li mart l-attur tkun parti fil-kawza.

Kontradittur legittimu huwa min materjalmeent ifixkel lill-attur fit-tgawdija.

L-azzjoni ta' spoll ghandha terminu ta' dekadenza qasir hafna ta' xahrejn, u l-ligi ma tqeghidx fuq l-attur l-obbligu li qabel ma jiftah il-kawza jaghmel xi att iehor. Il-fatt li l-attur fetah il-kawza bla ma, qabel, wissa lill-konvenut u sejjahlu biex inehhi dak li ghamel kien ikollu relevanza ghall-ispejjez tal-kawza li kieku l-konvenut wera li, kieku kien imsejjah qabel il-kawza, kien minnufih jaghmel dak li jrid l-attur. Il-konvenutizda baqa' jikkontesta t-talbiet ta' l-attur ukoll wara li nfethet il-kawza kontrieh, u dan juri li,kieku saret sejha qabel il-kawza, din kienet tkun ghalxejn.

Jekk is-sid jaghrafx lil detentur ta' ghalqa bhala kerrej ma hux relevanti ghall-ghanijiet tal-kawza ta' spoll. Jekk is-sid irid jizgombra lill-attur ghax ighid li qieghed izomm l-ghalqa bla titolu, irid imexxi b'azzjoni gudizzjarja u mhux jiehu l-ligi f'idejh. Li ma jistax jaghmel is-sid anqas jistghu jaghmluh terzi, ukoll metaghandhom il-permess tas-sid. Huwa ghalhekk illi l-art. 791(2) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jghid illi d-detentur ghandu r-rimedju ta' l-azzjoni ta' spoll kemm kontra s-sid kif ukoll kontra terzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment