Referenza: 746/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/08/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI GINO
Partijiet
FENECH AV. DR. TONIO NOE ET vs SPITERI AV. DR. PATRICK PRO ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA`
Fil-Qosor
Il-kwestjoni dwar il-legittimu kontradittur ma tistax tigi esaminata fid-dettal u b'mod estensiv fiproceduri ghar-revoka ta` mandat kawtelatorju peress li din il-kwestjoni essenzjalment tappartjeni ghal meritu tal-kwestjoni bejn il-partijiet. L-esami li ghandu isir f'dan ir-rigward hu jekk hemmx ghall-inqas prova li mad-daqqa t'ghajn teskludi li hemm relazzjoni guridika bejn il-partijiet.

Kwistjonijiet li essenzjalment jappartjenu ghal meritu tal-kontroversja bejn il-partijiet, m'ghandhomx jigu trattati u esaminati fil-fond. Att kawtelatorju jinhareg semplicement ghaliex l-intimat ikkonferma bil-gurament li huwa jippretendi li ghandu xi drittijiet fil-konfront ta' diversi persuni inkluzi r-rikorrenti. Hu ovvju li l-intimat, la darba ottjena l-hrug tal-att kawtelatorju in kwestjoni,ghandu jassumi r-responsabilitajiet kollha u l-konsekwenzi kollha skond il-ligi anke fil-konfront tal-rikorrenti odjerni. Fil-proceduri ghar-revoka ta` mandat huma r-rikorrenti li ghandhom jipprovaw"prima facie" li l-att kawtelatorju in kwestjoni m'ghandux jinzamm fis-sehh u dana a bazi ta' dawk ir-ragunijiet li huma specifikati fil-ligi u li gew indikati mir-rikorrenti.

L-effikacja tal-att kawtelatorju in kwestjoni u l-effettivita' o meno tal-istess att huma irrilevanti u immaterjali fl-ambitu tal-presenti proceduri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment