Reference: 2919/1996/1

Judgement Details


Date
17/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR NEIL ET vs ONOR MINISTRU TAL-AMBJENT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, KONTRIBUTORJETA` - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN FL-AMBITU TA` L-EDUKAZZJONI - DANNI, RIZARCIMENT TA` SPEJJEZ MEDICI - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT
Summary
Ir-responsabilita` amministrattiva f'Malta, ghalkemm tifforma parti mid-dritt pubbliku, kienet ukollregolata minn dawk il-provvedimenti fid-dritt privat u cjoe fid-dritt ordinarju li kienu applikabbli ghac-cittadin privat sakemm il-ligi ma kinitx specifikament tezenta lill-amministrazzjoni pubblikaminn tali responsabilita`.

L-Istat, fis-sistema taghna, jista' f'cirkostanzi kongruwi jkun ukoll responsabbli wahdu jew flimkien ma' l-impjegati tieghu ghad-danni. "Dan proprju bhala konsegwenza ta' mal amministrazzjoni provata jew inadegwatezza amministrattiva li tkun tammonta ghal traskuragni, negligenza jew inosservanza ta' dawk in-normi li l-amministrazzjoni xierqa ta' hwejjeg pubblici kienet tissuggerixxi u li n-nuqqas ta' tharis taghhom seta' jkun il-kawza ta' dannu lic-cittadin."

Huwa indiskutibilment ta' importanza primarja illi dawk kollha li jezercitaw funzjoni edukattiva ghandhom fost l-iprem dover dak tal-vigilanza u tas-sorveljanza tat-tfal li t-tutela taghhom tkun giet fdata lilhom. Dan id-dover kellu jircievi attenzjoni fi grad oghla meta fejn il-fatt kien prevedibbli;

Il-Qorti irritjeniet illi fil-fattispecie partikolari tal-kaz ir-responsabilita`ta' l-awtoritajiet ma kinitx wahda assoluta izda relattiva. Dan in kwantu, kif irrizulta, l-attur,nonostante li kien imwissi, bhall-istudenti l-ohra, biex ma jmurx fix-xelter sfortunatament ghalih ghazel li jinjora din id-direttiva;

Ir-responsabilita` ghalhekk f' kazijiet ta' din ix-xorta trid titkejjel f' rapport proporzjonali ghall-eta` matura ta' l-istudent u tad-dixxernament tieghu.F' dan il-kaz ma kienx jitratta minn persuna ta' eta` zghira izda minn student ta' sittax-il sena, above average u allura la gie imwissi hu kellu jitqies f' dak il-mument tragiku ghalih bhala "trespasser;

Kwantu ghal kura medika gie ritenut fuq l-istregwa tad-decizjoni illi din hija rimessa ghal fiducja personali tal-pazjent. Gustament gie osservat illi "ghall-sahhtu kulhadd ghandu dritt li jikkonsulta aktar minn tabib wiehed lokali jew esteru ... u ghalhekk ghandu dritt jirriklama bhaladanni anke spejjez li jkun ghamel biex jikkura ruhu barra minn Malta";

It-tnaqqis kalkulat ghal lump sum payment kien gie introdott biex b' xi mod jikkompensa mhux biss ghad-dewmien tal-proceduri gudizzjarji u fil-likwidazzjoni tal-kumpens imma wkoll ghall-fatt li ma huwiex konsentit li jigidegretat il-hlas ta' l-imghax mid-data meta giet kagunata l-hsara;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info