Reference: 821/2001/1

Judgement Details


Date
10/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AQUILINA JOSEPH ET NOE vs CAMILLERI CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, SOSPENSJONI JEW INTERRUZZJONI BID-DOMANDA GUDIZZJARJA - PRESKRIZZJONI, SOSPENSJONI JEW INTERRUZZJONI BID-DOMANDA GUDIZZJARJA - META L-AZZJONI TIGI MICHUDA, TMUR DEZERTA JEW TIGI CEDUTA - RES JUDICATA, MA TISTAX TIGI FONDATA FUQ SENTENZA LI TILLIBERA LILL-KONVENUT MILL-OSSERVANZA TAL-GUDIZZJU
Summary
Jinsab pacifikament akkolt illi fejn disposittiv ta' sentenza jkun sempliciment jikkonsisti f'liberazzjoni 'ab observantia' ma jistax jinghad li kien hemm gudikat vinkolanti bejn il-partijiet u allural-kwestjoni tista' tigi riproposta 'ex novo'.

Dan ghaliex is-sentenza li tillibera mill-osservanza tal-gudizzju mhix definittiva tal-mertu u m'hemm l-ebda ostakolu sabiex l-istess domandi jigu riproposti.

Ghalhekk ma tistax tigi milqugha eccezzjoni ta' res judicata fuq il-bazi ta' sentenza precedenti li tkun illiberat il-konvenut mill-osservanza tal-gudizzju.

Il-liberazzjoni mill-osservanza ma testingwix direttament l-azzjoni dan ma jfisserx imbaghad illi l-azzjoni ma tistax tigi indirettament pregudikata u estinta bil-preskrizzjoni taghha jekk din tigi kompjuta fiz-zmien tal-kors u tal-kompiment tal-perenzjoni ta' l-istanza.

Is-subinciz (1) ta' l-Artikolu 2132tal-Kodici Civili jipprovdi illi "l-ksur tal-preskrizzjoni maghmul b'talba gudizzjarja jitqies bhallikieku ma sarx, jekk l-attur jirrinunzja ghat-talba, jew jekk il-kawza tigi dezerta, jew jekk it-talba tigi michuda."

Biex il-qaghda tigi salvata u l-procediment l-iehor ikun jiswa biex tigi nterrotta l-preskrizzjoni jenhtieg, skond it-termini tat-tieni subinciz tal-precitat artikolu fil-kazta' rinunzja jew tac-cahda tat-talba gudizzjarja, illi l-attur jerga' jgib il-quddiem it-talba tieghu quddiem l-istess qorti jew f'qorti ohra fi zmien xahar minn dakinhar tar-rinunzja jew tac-cahda ul-konvenut jigi nnotifikat bil-mod u fiz-zmien preskritti fl-Artikoli 2130 u 2131 tal-Kodici Civili.

Jinsab ritenut li l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni permezz ta' domanda gudizzjarja titqiesli ma tkunx saret jekk it-talba tigi michuda, anki permezz tal-liberazzjoni tal-konvenut mill-osservanza tal-gudizzju, sakemm l-attur ma jergax jipproponi l-azzjoni f'terminu ta' xahar.

Il-liberazzjoni 'ab observantia' tikkwalifika ukoll bhala cahda tat-talba attrici li jhalli lill-attur il-fakolta` li jipproponi l-azzjoni. Dan ghaliex jikkostitwixxi provvediment ta' natura decizorja li ghandu bhala oggett pronunzjament merament processwali u procedurali.

Ir-ratio imbaghad tas-subinciz (2) ta' l-Artikolu 2132 hawn kummentat hu dak li anke fil-kaz ta' cahda tat-talba u tal-konsegwenti liberazzjoni jigi mpedut id-dekorriment tal-preskrizzjoni fiz-zmien ghar-realizzar tad-dritt bil-mod gurisdizzjonali, basta s'intendi li jigi osservat, ghal konservazzjoni tal-interruzzjoni, r-riproponiment ta' l-azzjoni fiz-zmien statwit ta' xahar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info