Reference: 59/2000/1

Judgement Details


Date
11/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
STILON JOSETTE ET NOE vs AGIUS ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, CESSJONI TA` NEGOZJU MHUX NECESSARJAMENT TIKKOMPRENDI C-CESSJONI TA` L-INKWILINAT - LOKAZZJONI, KWALSIJASI DUBJU FL-INTERPRETAZZJONI TAL-PATT LOKATIZZJU GHANDU JMUR FAVUR L-INKWILIN
Summary
Il-kuntratti huma dawk li jirrizultaw fil-fattijiet u mill-vera natura taghhom, u mhux mill-isem lil-kontraenti ghogobhom jaghtuhom.

M'hemm xejn li mhux plawsibbli illi kerrej li jcedi n-negozju, partikolarment lill-membri tal-familja tieghu, jibqa' jzomm il-kera fuqu. Lanqas ma ghandha il-Qorti ghas-semplici supposizzjoni tat-tibdil tat-tabella tiskarta prova li nghatat bil-gurament lil-hlas tal-kera baqa' jsir minnu. Anke kieku pero` kellu jigi stabbilit illi l-kwadru li jemergi mill-provi jibqa' wiehed ta' dubju dan kollu jmur favur l-appellant li baqa' interessat izomm il-kirjafuq ismu u responsabbli ghaliha fil-konfront tas-sidien.

F'kawza ta' din ix-xorta l-Qorti matistax u ma ghandiex tinfatam mir-realta tal-gestjoni ta' negozju simili fuq bazi familjari. Lanqas ghandha facilment tippregudika l-jeddijiet tal-inkwilinat li jkollu l-kap tal-familja ghax dan ikun marad jew ghejja. Fin-nuqqas ta' provi konvincenti li juru l-kuntrarju u li jfissru u jistabilixxu rinunzja ta' l-inkwilin ghal lokazzjoni, l-Qorti kellha ttendi biex tikkonserva l-kirja.

Huwa pacifiku li l-ulied li juzaw il-fond ma jfisserx li dawn necessarjament ghandhom xi dritt fuq l-istess fond. Wisq anqas ifisser illi ghalhekk biss tezisti xi prova illi huma akkwistaw, oltre n-negozju, xi titolu fuq il-fond permezz ta' sullokazzjoni, cessjoni jew trasferiment xort'ohra tal-inkwilinat. Anke jekk hu pacifiku illi l-fond kien qed jintuza minn ulied l-intimat ghall-gestjoni tan-negozju, ma jistghax jinghad illi b'hekk u ghalhekk biss avverat sullokazzjoni jew cessjoni.

Fin-nuqqas ta' prova certa, adegwata u konvincenti, anke meta wiehed jezamina l-iskrittura, ma jistaxkonkludentement jigi inferit a prioristikament illi c-cessjoni tan-negozju kienet tikkomprendi wkoll ic-cessjoni tal-inkwilinat, u li allura l-ftehim kien biss parvenza ta' dik li kienet ir-realta`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info