Reference: 1304/1997/1

Judgement Details


Date
06/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE ANTON
Parties
FARR LIMITED vs CUTAJAR NORMAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ANIMUS SPOLIANDI - ACTIO SPOLII, AZZJONI MINN SOCJETA` LI TKUN QED TIGI XJOLTA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TIGI OPPOSTA PERMEZZ TA` KONTRO-TALBA TA` NATURA PETITORJA - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TIGI PROMOSSA FLIMKIEN MA` AZZJONI PETITORJA - ACTIO SPOLII, RILEVANZA TAL-MOTIV TAL-ISPOLJAT GHALL-EZERCIZZJU TAL-AZZJONI - SOCJETA` KUMMERCJALI, STATUS WAQT XOLJIMENT
Summary
Azzjoni possessorja privileggjata tipprexxendi mit-titolu ta' proprjeta` ghaliex kellu jew ma kelluxdrittijiet dominikali l-ispoljat possessur dak il-pussess jaghtih dritt li jezercita l-azzjoni possessorja privileggjata, salv kull xorta ta' azzjoni petitorja li jista' jkollu l-konvenut, li hija ezercibbli b'kawza ohra si et quatenus.

Socjeta` kummercjali li tkun fi process ta' xoljiment xorta wahda tipprezerva personalita` guridika distinta u ghalhekk tista` anki tintavola azzjoni ta` spoll.

Il-mottiv li jkun gieghel jew anima lill-imharrek biex iwettaq l-ghemil li jnaqqas il-pussess, ma jiswa xejn biex itaffi jew ixejjen is-sanzjoni li l-azzjoni ta' spoll iggib maghha.

Il-"konfuzjoni" taz-zewg azzjonijiet f'istanza wahda, azzjoni possessorja u ohra petitorja - ma tistax issir jew tigi permessa jew ittollerata, ghax b'daqstant tigi stultifikata l-azzjoni ta' spollprivileggjat kif intiz mil-legislatur.

Il-ligi u d-dottrina legali ma jippermettux f'kawza kawza ta' spoll hlief eccezzjonijiet dilatorji. Huwa dan illi jaghmilha differenti mill-azzjoni petitorja fejn il-fondament u l-iskop taghha huma r-rikonoxximent u t-tutela tad-dritt. Huwa ghalhekk lil-gurisprudenza tipprojbixxi l-kumulu taz-zewg azzjonijiet: dik possessorja u dik petitorja.

Hawnhekk gie ritenut li f'kawza ta' spoll il-konvenut ma setax iqajjem kontro-talba ta' natura petitorja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment