Reference: 1450/1995/1

Judgement Details


Date
28/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GATT HENRY vs CAMILLERI CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, HSARAT F` FOND ADJACENTI - PERKOLAZZJONI TA` ILMA - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - SERVITU`, ILQUGH TA` ILMIJIET U HWEJJEG OHRA LI JNIXXU JEW JAQGHU MINN FONDI F`LIVELL OGHLA
Summary
Meta jsir xi xoghol ta' kostruzzjoni f'post vicin u in konsegwenza l-fond adjacenti jsofri xi dannul-fatt biss li sar dak ix-xoghol fil-post vicin mhux bizzejjed biex sid il-post jigi ritenut responsabbli ghad-dannu in konfront tas-sid tal-post l-iehor. Din il-persuna tista' tigi ritenuta responsabbli ghad-danni kwante volte din kellha xi htija. Dan ghaliex, kif desunt mill-Artikolu 1030 tal-Kodici Civili, "kull min jaghmel uzu ta' jedd tieghu fil-qies li jmiss, ma jwegibx ghall-hsara li tigri b' dak l-uzu".

Inversament, skond l-Artikolu 1031 "kull wiehed iwiegeb ghall-hsara li tigri bi htija tieghu", u allura, kif ritenut, gar ma jistax jehles mir-responsabilta` li jnehhi l-kawzata` hsarat fil-fond tieghu anki jekk ghal tali hsarat jkun qed jikkontribwixxi l-fatt ta' haddiehor.

L-Artikolu 403 tal-Kodici Civili jiddisponi li "il-fondi f'invell aktar baxx huma suggettilejn il-fondi f' invell oghla li jilqghu l-ilmijiet u hwejjeg ohra li minn dawn inixxu jew jaqghu wahidhom, minghajr il-fatt tal-bniedem". U li fit-tieni subinciz tieghu jahseb ukoll illi "is-sid tal-fond aktar fil-baxx ma jista' jaghmel ebda haga li tista' zzomm dik in-nixxiegha jew twaqqiegh";

Is-subinciz (3) ghall-imsemmi Artikolu 403 jghid li "s-sid tal-fond aktar fil-gholi ma jista' lanqas jaghmel ebda haga li taghmel izjed gravuza s-servitu tal-fond aktar fil-baxx";

Fuq danil-punt, kif drabi ohra rilevat, "stabbilit li l-konvenuti kellhom dritt li jezegwixxu x-xoghlijietli ghamlu kien jispetta lill-attur jipprova b' mod konvincenti u konkluziv illi b' dawk ix-xoghlijiet giet aggravata s-servitu li ghalih il-fond tieghu hu soggett Fin-nuqqas ta' din il-prova konvincenti li x-xoghlijiet li gew esegwiti mill-konvenuti aggravaw sensibilment is-servitu, li fil-verita` anke jekk kienet tezisti b' mod naturali, fejn sar il-bini giet certament mizmuma u perpetwata bhalakonsegwenza tal-fatt li l-attur bena f' livell aktar baxx, l-azzjoni attrici ma tistax tirnexxi".

Hawnhekk gie ritenut li l-kawza tad-dannu lamentat mill-attur ma kienx l-intervent tal-konvenutli kellu kull dritt jibni fi hwejgu imma l-fatt li l-attur ma hax il-prekawzjonijiet adegwati mehtiega biex fil-proprjeta` tieghu, u mhux f'dik tal-konvenut, jilqa' ghal kull eventwalita` ta' skularu umdu. Dan aktar u aktar meta hu stess kien konsapevoli mill-fatt illi bix-xehta ta' l-art l-ilmali jinzel jaqa' kollu ghal ghandu, u li l-proprjeta` tieghu, minhabba l-qaghda taghha, kienet milquta minn dik is-soggezzjoni naturali li jkollha bil-fors minhabba s-sitwazzjoni u l-livell taghha tircievi l-ilma gej minn sors f' livell superjuri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info