Referenza: 1448/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CARBONARA JANE PRO ET NOE vs RYAN MARK JULIAN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, GLIEDA - DANNI, GLIEDA - DIFIZA LEGITTIMA - DANNI, KOMPLICITA` FIL-KAMP CIVILI - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-KOMUNJONI TAL-AKKWISTI GHAL REAT LI JKUN SAR BIR-RIEDA MINN WIEHED MILL-MIZZEWGIN - PROVA, EZIBIZZJONI FI PROCEDURI TA` NATURA CIVILI TA` SENTENZA MOGHTIJA FIL-KAMP KRIMINALI
Fil-Qosor
Ma jidherx fil-ligi li hemm xejn kuntrarju ghall-ezibizzjoni f' kawza civili ta' kopja ta' sentenzamoghtija mill-Qorti Kriminali fuq l-istess fatti; jekk imbaghad id-dokument ezebit, minhabba l-indipendenza ta' l-azzjoni civili mill-azzjoni kriminali, jistghax jaghmel prova jew le, din hi kwestjoniohra.

Il-konvenut f'kawza ghad-danni ex delicto jinvoka, b' menomazzjoni tad-danni, il-provokazzjoni, jew forsi aktar ezattament, il-calor rixae. Hu, difatti, principju indubitat ta' dritt penali, li ma hijiex affattu ammessa bhala attenwanti tar-responsabilita` dik li bi frazi skultorja ssejhet "provocation provoked by the prisoner" u hu wkoll pacifikament ricevut li ma jistax jikkampa ebda diminwenti ta' responsabilita dak li l-fatti juru li kien qieghed jagixxi minhabba dik li tissejjah "an old grudge" (ibidem p 202), kif kien dan il-kaz, fejn il-konvenut kien dejjem ihabbat fuq din il-kwistjoni tal-kera ta' ftit xelini. Del resto, hu anki principju iehor li r-reazzjoni, biex tigi ammessa l-iskuzanti tal-provokazzjoni, jehtieg li tkun proporzjonata.

Il-komunjoni ta' l-akkwisti ma tirrispondix ghall-hsarat derivanti minn reat kagunat bir-rieda.

Il-komplicita` civili hija aktar estiza minn dik penali u tikkomprendi kull ko-operazzjoni ghad-danneggjament indipendentement minn koncertazzjoni precedenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment