Reference: 1079/1994/1

Judgement Details


Date
21/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
GUSMAN JOSEPHINE vs AGIUS ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA` - ACTIO DE IN REM VERSO, KIF JIGI STABILIT L-ARRIKKIMENT - ACTIO DE IN REM VERSO, MILJORAMENTI MAGHMULA FI PROPRJETA` TA` TERZI
Summary
L-azzjoni de in rem verso hija koncessa fil-kazijiet fejn mhix esperibbli l-azzjoni ex contractu u ghandha fondament u limitu fil-vantagg li jkun ha t-terz, u ghalhekk fejn ma jkunx hemm tali vantaggl-azzjoni ma tkunx esperibbli.

Din l-azzjoni hija bazata fuq l-ekwita' u wiehed mill-elementiessenzjali taghha huwa l-indebitu arrikkiment li skond id-dottrina jista' jiehu l-forma ta' liberazzjoni ta' debitu.

Il-fondament ta' din l-azzjoni, imsejha wkoll ekwitattiva jew sussidjarja,ghandha l-limiti taghha fil-vantagg li terza persuna takkwista u hija estisa ghall-kazijiet kollhali jkunu juru li kien hemm lokupletazzjoni effettiva a dannu ta' haddiehor in forza tal-principju jure naturae aequum est neminem cum alterius detrimento et injuria fieri locupletiorem.

Ghas-success ta' din l-azzjoni jehtieg jikkonkorru tlett fatturi: [1] Li l-haga li tkun giet versata, jewli tkun ghaddiet fil-patrimonju tal-konvenut, tirrizulta ta' vantagg u utilita' tieghu; [2] li dak il-passagg tal-haga jkun sar b' titolu lukrattiv; u [3] li min ikun irceviha jkun sar aktar sinjur b'dak li jghaddi ghandu.

Huwa kontrovers fid-duttrina jekk l-indenniz jigix determinat in rapport ghall-arrikkament inizzjali jew ghal dak persistenti fil-mument tad-domanda gudizzjarja jew tal-gudizzju dwarha. Gie ritenut illi filwaqt li wiehed ghandu jikkonsidra l-arrikkiment fiz-zmien li fih sar wiehed ghandu jaghti importanza wkoll ghall-certi cirkostanzi successivi; fis-sens li l-valur ta' l-arrikkiment ikun maghmul jiddependi wkoll minn fatti sopravventui li kapaci jawmentaw jew jnaqqsu l-arrikkiment. Rilevanti bhala elementi ta' konsiderazzjoni ghall-valutazzjoni aktar konsonau gusta jitqiesu l-buona fede jew male fede tal-persuna vantaggjata jew arrikkita.

F'din l-azzjoni l-attrici kienet dahlet bhala kompratrici f'konvenju mal-konvenuti. Fil-mori tal-konvenju wettqet xi xogholijiet fil-proprjeta` tal-konvenuti. Il-konvenju gie rexiss u l-attrici fittxet ghall-kumpens tax-xogholijiet li kienet ghamlet.

Hawnhekk gie ritenut li l-konvenuti kienu jafu bix-xogholijiet li kienu qed isiru u li l-istess xogholijiet kienu ta' natura essenzjali ghall-abitazzjoni fil-fond, u ghalhekk zgur li arrikkew u ziedu l-valur tieghu. Ghaldaqstant, anke jekk dawn ix-xogholijiet saru skond il-gosti tal-attrici, il-patrimonju tal-konvenuti gie arrikkit, b' mod li l-azzjoni de in rem verso kienet sostenibbli fil-fatt u fid-dritt stante li jikkonkorru l-elementi kollhasabiex din l-azzjoni tigi esperita b' success.

Kien jibqa' l-fatt li dak li ghamlet l-attrici fil-post proprjeta' tal-konvenuti kien ta'utilita' u vantagg ghalihom; ma kienx sar in forza ta' titolu oneruz, izda ta' titolu lukrattiv; u b' dak l-istess xoghol il-patrimonju tal konvenutiimmiljora u l-istess konvenuti saru aktar sinjuri jew arrikkixxew ruhhom bih; b' mod li fuq il-principji li fuq gew enuncjati. il-fatt tal-vantagg li l-attrici bi hwejjigha arrekkiet il-patrimonju tal-konvenuti jintitolaha ghall-ammont li bih il-konvenut gie arrikixxa ruhu.

Il-Qorti irriteniet ukoll illi minn naha l-ohra pero' ma setax, bl-istess sens ta' ekwita', jigi injorat il-fatt li x-xogholijiet saru skond il-gosti tal-attrici u huwa koncess li l-konvenut kieku ghamel ix-xoghol hu jew fuq inkariku tieghu, ix-xoghol seta' sar mod iehor u forsi anke bi spiza anqas ghalkemm l-oneru ta' din il-prova tispetta lill-konvenuti. Il-konvenut ma kienx inkariga lill-attrici sabiex taghmeldawn ix-xogholijiet u din ghamlithom min rajha kif deherilha hi; u allura mhux bil-fors illi l-ammont kollu li nefqet l-attrici effettivament issarraf b' beneficju ghal konvenut. Dawn fatturi ghandhom lok fil-konsiderazzjoni dwar il-quantum tal-ammont dovut lill-attrici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info