Reference: 2571/1999/1

Judgement Details


Date
11/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MAGRO LOURDES vs BONNETT CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MINURI, INTERESS TA` - MINURI, KURA U KUSTODJA TA`
Summary
Il-kura u l-edukazzjoni tat-tfal ghandha tigi affidata ghal dak il-genitur li jkun l-aktar ideneu sabiex jedukahom u jikkurahom, tenut kont ta' l-eta` ta' l-istess tfal u c-cirkostanzi tal-kaz - tahtdawk il-provvedimenti li jitqiesu bhala l-aktar spedjenti ghall-vantagg ta' tali tfal.

Apparti l-hsieb ta' ordni morali u dak ta' ordni legali, li ghandhom setgha fil-materja ta' kura u kustodja tat-tfal in generali, il-principju dominanti 'in subjecta materia', li jiddetermina normalment u generalment il-kwistjonijiet bhal din insorta f'dina l-kawza, huwa dak ta' l-aktar utilita' u dak ta'l-aqwa vantagg u nteress ta' l-istess minuri fl-isfond tac-cirkostanzi personali u 'de facto' li jkunu jirrizultaw mill-provi tal-kaz li jrid jigi rizolut.

Fil-kamp li fuqu qeghdin nitkellmu,ghalkemm il-parti umanitarja ghandha certament l-importanza taghha fir-relazzjoni tal-persuni li jkunu taw il-hajja lill-istess minuri, eppure l-istess m'ghandhiex tipprevali fuq l-interess u vantaggdirett ta' l-istess tfal; bhal m'ghandhiex ikollha fil-hajja ta' kuljum - kif l-esperjenza tghallem- prevalenza l-affezzjoni jew l-attakkament lejn persuna, anki jekk dettat minn natura, fuq id-doverimpost mir-raguni fl-azzjonijiet tal-bniedem tant bhala membru tal-familja, kemm bhala membru tal-komunita` li lilha jkun jappartjeni. Meta l-ghajn tar-raguni, f'xelta ta' l-azzjoni li bniedem jkun irid ta' bilfors jaghzel li jaghmel, turi dover, impellenti versu certa linea ta' kondotta, ghalkemmdik l-ghazla tkun timporta azzjoni drastika fil-kamp umanitarju, eppure' dik il-hruxija ma tkunx hlief apparentement tali; in kwantokke li bilanci tal-mohh id-dover, li jeleva l-bniedem, u mhux ibaxxieh, ikun gheleb kwalunkwe kunsiderazzjoni ohra li di fronti ghalih (dover) tkun anqas tajba u anqasdinjituza.

B'gid tat-tfal ghandna nifhmu mhux tant il-profitt materjali kemm il-ben esseri morali taghhom. It-tfal, f'kawzi bhal dawn, m'humiex oggett in kontraversja u l-interess tal-geniturifil-kwistjoni dwar il-kustodja taghhom huwa nservjenti ghall-interess tat-tfal.

F'certi kazijiet il-Qorti tista' tohrog barra mit-termini li jimpurtawlha l-partijiet fl-att tac-citazzjoni u fit-talbiet taghhom jekk l-interessi tal-minuri hekk jehtiegu.

Dawn il-principji hawn fuq elenkati, apparti li johorgu mis-sens komun u logika ta' dak li jkun, ghandhom ukoll isibu konfort fil-gustizzja naturali li l-bniedem minn dejjem haddan. Anke l-artikoli tal-ligi bhal per ezempju l-artikoli 47, 56, 57 u 61 tal-Kodici Civili huma kollha ndikattivi li l-Qorti f'kazijiet fejn hemm involuti t-tfal ghandha tara li l-gid taghhom jithares, li l-interess suprem tal-minuri dejjem jipprevalufuq l-interess tal-kontendenti fil-kawza sia jekk dawk il-kontendenti jkunu mizzewgin u sia jekk il-kontendenti, bhal ma huma f'dan il-kaz m'humiex mizzewgin.

Fl-ahhar mill-ahhar hija biss il-Qorti li hi l-arbitru finali ta' x'inhu l-interess tal-minuri u kull direzzjoni taghha trid tkun ezaminata minn din l-ottika u hekk motivata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info