Referenza: 1571/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
P.S. ET vs GRECH JOSEPH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, FATTI MATERJALI - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES
Fil-Qosor
Hawnhekk, is-socjeta` assiguratrici konvenuta kienet qed tirrifjuta talba ta' l-attrici ghar-rifuzjoni tal-prezz tal-vjagg li hija kienet tilfet minhabba mard fuq allegazzjoni ta' vjolazzjoni tal-"Health Warranty" u minhabba "non-disclosure" ta' fatt materjali skond il-kundizzjonijiet tal-polza ta'l-assikurazzjoni.

In fatti l-attrici kienet naqset li tindika fil-polza li kienet qed taghmelxi ezamijiet medici f'dawk iz-zmenijiet li sussegwentement zvelaw marda li minhabba fiha l-attricima setghetx issiefer.

Din il-"Health Warranty" kienet tispecifika espressament hekk: "HealthWarranty - The admission of claims under Section B, C and D of the Policy is subject to the expresswarranty that any
(a) Insured
(b) person with whom the Insured has arranged to travel or stay was not to the best of the knowledge and belief of the Insured physically or mentally handicappedor receiving or awaiting medical or surgical treatment at the time of effecting the insurance....."

It-'test' li htieglu jsir dwar l-gharfien ("knowledge") u t-twemmin ("belief") rikjest da parti ta' l-assigurat, ankorke` kkwalifikat bl-aggettiv "best", kien wiehed essenzjalment soggettiv umhux xort' ohra.

Issa li kieku l-aspett tan-"non-disclosure" kellu jigi kkunsidrat ghalih wahdu, allura f'dak il-kaz, wiehed tassew seta' jargumenta li l-process dijanostiku li kienet ghaddejjaminnu l-attrici appellata kien fatt materjali li messu gie zvelat lill-kontroparti assiguratrici proprju in adempiment ta' l-obbligu li wiehed jizvela kull fatt materjali.

Izda billi l-polza kienet regolata mill-aspett soggettiv tal-Health Warranty u f'dan il-kaz il-kondizzjoni tal-attrici ut-testijiet li hi kienet qed taghmel kienu testijiet normali ta' routine, ma kienux jobbligaw lill-attrici li tinforma lill-assikurazzjoni taghha dwarhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni