Reference: 7/1998/2

Judgement Details


Date
24/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI ELSA ET vs BRIFFA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, KOMPETENZA TRID TIGI DETERMINATA MILL-QORTI LI QUDDIEMHA TIGI SOLLEVATA - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 199 - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - RES JUDICATA, WIEHED IRID IHARES BISS LEJN ID-DISPOSITTIV TA` L-EWWEL SENTENZA - RES JUDICATA, WIEHED IRID IHARES LEJN ID-DISPOSITTIV U LEJN IL-MOTIVAZZJONI TA` L-EWWEL SENTENZA
Summary
Kwestjoni ta' kompetenza m'ghandiex tigi imhollija ghall-gudizzju tat-tribunal specjali. Tribunal li ghandu kompetenza limitata fil-parametri tal-Artikolu 3 tal-Kap 199 rigward tibdil tal-kondizzjonijiet tal-kirja f'eghluq it-termini taghha jew, kif irid l-Artikolu 4, li jara jekk ghandux jaghti permess lis-sid li jiehu lura l-pussess tar-raba.

Il-ligi tiddistingwi bic-car bejn motivi u disposittiv u trid li kull dikjarazzjoni li fil-hsieb tal-Qorti hija deciziva u obbligatorja ghandha tifforma parti mid-disposittiv u ghalhekk biex jigi stabbilit jekk is-sentenza ta' qabel tiggustifikax l-eccezzjoni tal-gudikat ghandu jkun ezaminat id-disposittiv ta' dik is-sentenza u mhux il-motivazzjoni taghha.

Biex xi hadd jitqies "kerrej" wara l-mewt tal-inkwilin originali huma (a) li jkun cessjonarju tal-kirja jew (b) li jkun legatarju tal-kirja jew (c) li matul l-ahhar sena minnufihqabel il-mewt tal-kerrej, kienx jghix mal-kerrej jew (d) kien jadem ir-raba mieghu jew ghalih jew (e) ikun il-werriet tal-kerrej.

Il-ligi pero` izzid taghmel abbinament importanti hafna ghas-success ta' xi wahda minn dawn ir-rekwiziti. Dik cjoe li l-persuna hekk intitolata tkun "membru tal-familja" tal-kerrej. Fid-definizzjoni moghtija mill-istess Kap 199 din il-frazi "tfisser axxendent lineari, dixxendent lineari, armla jew armel, ragel tat-tifla, u l-armla tat-tifel sakemm ma tergax tizzewweg, tal-kerrej."

Il-ligi specjali li tirregola t-tigdid ta' kiri tar-raba tipprovdi regoli definiti li jirrestringu r-rilokazzjoni ghal dawk il-membri tal-familja li hi tispecifika fid-definizzjoni fl-artikolu 2. Kien biss f'dawn ic-cirkostanzi li l-legislatur ried li l-qbiela tghaddiu tkompli 'ex lege' fil-persuna ta' "membri tal-familja" ta' l-inkwilin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info