eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1269/1995/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
05/06/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
BELLIZZI JOSEPH ET vs GRIOLI JOSEPH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Kawża Llinkjata
BELLIZZI JOSEPH ET vs GRIOLI JOSEPH NOE - 1269/1995/1 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
AWTORITA` MARITTIMA TA` MALTA, RESPONSABILTAJIET TA` - GVERN, TOLLERANZA TA` STAT TA` UZU JEW KONSWETUDNI - SENTENZA, META L-QORTI TINJORA NOTA TA` SOTTOMISSJONIJIET
Fil-Qosor
Il-fatt li Qorti ma tiehux konjizzjoni tan-nota ta' sottomissjonijiet ta' wahda mill-partijiet fil-kawza ma jgibx in-nullita' ta' dik is-sentenza jekk dik il-Qorti tkun fehmet sew x'kien il-punt determinanti tal-vertenza u ghalhekk id-decizjoni taghha kienet tkopri dak kollu li kull parti kontendenti kienet qeghda tesponi u tasserixxi.
In forza tal-Att XXVII tal-1991 l-Awtorita' Marittima ta' Malta saret dik l-entita' responsabbli ghall-hrug tal-permessi ghall-irmigg ta' bcejjec tal-bahar. Kwalunkwe permess jew koncessjoni li qabel kienu fis-sehh u li kienu allura jinhargu u jinghatawmid-Dipartiment ta' l-Artijiet rigward irmiggi jew imrabat simili gew terminati. Kien fis-setgha ufid-diskrezzjoni ta' l-istess Awtorita', kif vestita bl-Att tal-1991, li tohrog regolament gdid fis-sens li kull persuna li xtaqet tkompli tgawdi dawk id-drittijiet li seta' kellha tramite d-Dipartiment ta' l-Artijiet, riedet tapplika mill-gdid entro certu terminu ta' zmien. L-Awtorita', fl-ghoti ta' tali permessi, ma kienitx marbuta minn xi drittijiet ta' eredita' ta' permessi li allegatament kienu jezistu fuq proprjeta' pubblika.
Huwa minnu li l-Qrati taghna taw rikonoxximent ghal statta' uzu skond il-konswetudini tollerata apertament mill-Gvern Civili riferibbilment ghal irmiggi lijigu ppratikati fil-blat f'xatt il-bahar li huma demanjali u bhala tali huma inaljenabbli u extra commercium.
Pero' dak li huwa fondamentali f'dan ir-rikonoxximent ta' uzu u konswetudini hu l-fatt li kollox jistrieh u jiddependi mit-tolleranza da parti ta' l-awtoritajiet civili. Ifisser li appena dan l-istat ta' tolleranza jitnehha ghax ikun imbidel, allura jsegwi li non si tratta aktar ta' xi pretensjoni bi dritt.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.