Reference: 3214/1996/1

Judgement Details


Date
16/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
R. VON BROCKDORFF INSURANCE AGENCY LTD N vs FALCOTRANS LIMITED NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, PROVI PRODOTTI QABEL IN-NOTIFIKA TA` WAHDA MILL-PARTIJIET
Summary
Imkien fil-ligi ma jinghad li l-ebda xiehda ma tkun ammissibbli jekk xi parti ma tkunx ghadha laqghet kopja tal-atti u notifika tas-smigh. Kemm hu hekk, l-artikolu 157 tal-Kodici jipprevedi sitwazzjoni fejn il-parti attrici tista' tressaq, flimkien mal-Att tac-Citazzjoni (u ghalhekk qabel ma l-kawza tkun imqar giet appuntata jew anqas u anqas notifikata lill-parti mharrka), provi b'affidavit li jirrigwardaw il-mertu, bla xejn b'daqshekk ma jkun iddghajjef jew tnehha l-jedd tal-parti mharrka litaghmel il-kontrolli kollha mehtiega dwar dik ix-xhieda.

Il-qies li bih jitkejjel il-kriterjutat-trattament indaqs lill-partijiet f'kawza huwa dak li jiggarantixxi effettivament l-ahjar difizalil kull parti. Dan ma jfissirx li, jekk parti tidhol jew tiddahhal f'kawza wara li din tkun inbdiet, m'ghandux jinghatalha l-jedd li f'dak l-istadju tuza l-mezzi kollha disponibbli fil-ligi biex tressaq il-kaz taghha u taghmel il-kontrolli mehtiega. Li kieku jinghad mod iehor, allura dan iwassalghal stat fejn, per ezempju, jekk parti tigi msejha fil-kawza, il-process tas-smigh tax-xhieda jkunirid jerga' jinbeda mill-gdid u dak li jkun diga' sar jinhatt u jitwarrab. Dan huwa 'l boghod hafna minn dak li trid il-ligi ghall-mod kif ghandhom jigu istruwiti l-kawzi;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info