Reference: 39/2001/1

Judgement Details


Date
31/10/2003
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MALTA UNION OF TEACHERS ET vs SEGRETARJU PERM. TAL-PRIM MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAL-LIBERTA` TA` GHAQDA PACIFIKA U GHAL-LIBERTA` TA` ASSOCJAZZJONI - TRATTAMENT DIFFERENTI BEJN GHAQDIET
Summary
L-Artikolu 42(1) tal-Kostituzzjoni jipprovdi li:

Hlief bil-kunsens tieghu stess jew bhala dixxiplina tal-genituri hadd ma ghandu jigi mfixkel fit-tgawdija tal-liberta` tieghu ta' ghaqda u assocjazzjoni pacifika, jigifieri, id-dritt tieghu li jinghaqad pacifikament u liberament u jassocja ma'persuni ohra u b'mod partikolari li jifforma jew jappartjeni lil trade union jew unions jew assocjazzjonijiet ohra ghall-protezzjoni ta' l-interessi tieghu.

L-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni jipprovdi li:

Kulhadd ghandu d-dritt ghal-libertà ta' ghaqda pacifika u ghal-liberta` ta' assocjazzjoni ma' ohrajn, inkluz id-dritt li wiehed jifforma u jidhol fi trade unions ghall-protezzjoni ta' l-interessi tieghu.

Kemm fl-artikolu tal-Kostituzzjoni kif ukoll f'dak tal-Konvenzjoni, il-formazzjoni ta', u s-shubija fi, trade unions hija moghtija certa enfazi.

Din l-enfasi fuq it-trade unions hija dovuta ghall-fatt li tali unions ghandhom rwol vitali fil-hajja socjali u demokratika tal-pajjiz. Issa, ma hemmx dubbju li, salv ghal dak li huwa permess fis-subartikolu (2) tal-Artikolu 42 u fis-subartikolu (2) tal-Artikolu 11, l-Istat ma jixtax ifixkel, direttament jew indirettament, il-formazzjoni ta', u l-ishubija fi trade unions.

Hija koncepibbli sitwazzjoni fejn l-Istat, anke fil-vesti tieghu ta' employer, billi jippenalizza membri ta' union partikolari minhabbaazzjoni industrijali u ma jippenalizzax membri ta' union ohra f'sitwazzjoni ta' azzjoni industrijalisostanzjalment simili, ikun qieghed effettivament ifixkel is-shubija fl-ewwel wahda bi ksur tal-Artikolu 42 tal-Kostituzzjoni u/jew l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni.

Dana kollu jiddependi fuq ic-cirkostanzi tal-kaz. Fil-fatt gie ritenut li jista' jkun hemm cirkostanzi fejn tali trattament differenti jista' jkun gustifikat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info