Reference: 1254/1998/1

Judgement Details


Date
27/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SPITERI MARK vs SPITERI SUSAN MARGARET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA QERQ
Summary
Iz-zwieg huwa null jekk wahda mill-partijiet taghti kunsens taghha ghax tkun giet imqarqa jew mill-parti l-ohra jew minn xi hadd iehor dwar xi kwalita` tal-parti l-ohra. Element importanti ta' dan is-subartikolu hu li l-qerq irid ikun serju bizzejjed li jfixkel serjament il-hajja mizzewga.

Hemm difett serju ta' diskrezzjoni ta` gudizzju fuq il-hajja mizzewga meta jigi provat li wiehed mill-kontraenti kellu nuqqas ta` maturita` intellettwali u volittiva li huma necessarji sabiex jaghraf,in vista li dan ikun ser jintrabat b`mod irrevokabbli, id-drittijiet u d-dmirijiet essenzali taz-zwieg, ossia r-reza u l-accettazzjoni reciproka. Id-diskrezzjoni tal-gudizzju tirreferi ghal dak il-grad ta` maturita` ta` komprensjoni u ta` rieda tal-kontraenti li tippermettilhom li jaghtu u jircievulil xulxin, permezz ta` rabta guridika, f'komunjoni unika ta` hajja u mhabba. Din il-komunjoni hijaindissolubilment fidila, ordinata ghall-gid tal-mizzewgin kif ukoll ghall-prokreazzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal.

L-elementi essenzjali taz-zwieg jikkonsistu fl-obbligazzjoni rigwardanti l-attkonjugali jew unjoni karnali, bhala unjoni fizika u bazi ghall-prokreazzjoni; l-obbligazzjoni tal-komunjoni tal-hajja u mhabba bhala espressjoni tal-unjoni bejn ir-ragel u l-mara, gid reciproku, li huwa inseparabbli mill-kreazzjoni ta` ambjent siewi ghar-ricezzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal; u l-obbligazzjoni li tircievi u trabbi tfal fil-kuntest ta` komunita` konjugali. Huwa imporanti li wiehed jiftakar li dawn l-obbligi essenzjali jridu jkunu reciproci, permanenti, kontinwi, eklussivi u irrevokabbli, b'hekk ikun hemm inkapacita` jekk wiehed mill-kontraenti jkun, minhabba kawza psikologika, inkapaci li jassumi dawn l-obbligi b'dawn il-karatteristici essenzjali.

L-eskluzjoni posittivataz-zwieg innifsu jew ta` xi wiehed mill-elementi essenzjali ma ghandiex necessarjament tirrizulta biss minn xi haga espressa direttament izda setghet tigi espressa bl-imgieba ta' xi parti fil-perjoduimmedjatament qabel u wara li jkun inkiseb l-istess kunsens.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment