Referenza: 144/1980/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG GRECH ERNEST ET vs ZAMMIT FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, META L-KONVENUT JALLEGA TITOLU - PROVA, PROBATIO DIABOLICA
Fil-Qosor
F'azzjoni rivendikatorja l-atturi jridu jipprovaw id-dominju ossija l-proprjeta` fihom tal-haga li jridu jirrivendikaw. Li mhux suficcjenti l-prova li dik il-haga mhix tal-konvenut imma jridu juru positivament li hi taghhom infushom, ghaliex inkella "melior est conditio possidentis", u din il-provahemm bzonn li tkun kompleta u konklusiva, b'mod li kwalunkwe dubju, anke l-icken, ghandu jmur favuril-possessur konvenut.

Anke jekk il-Qorti ma tkunx affattu sodisfatta mid-dritt tal-konvenuthi ghandha tilliberah, jekk ir-rivendikant ma jaghtix prova tad-dominju tieghu li tkun ezenti mill-anqas dubju.

Il-prova tad-dominju tista' ssir permezz ta' titolu jew bi kwalsiasi mezz iehor.

Kompriz allura prova kongetturali jew semplici presunzjoni, mhux mehtieg li l-attur jiggustifika b'mod assolut id-dominju vantat minnu, izda huwa bizzejjed li jipprovdi argumenti prevalenti ghal dawk ta' l-avversarju tieghu.

Biex l-attur jista' jipproponi din l-azzjoni b'success, mhuxbizzejjed li hu jezebixxi titolu ta' akkwist kwalunkwe, izda jrid jipprova li l-oggett rivendikat ikun ghadda ghandu minghand min huwa suppost li kellu dan l-istess dritt.

Meta l-konvenut f'azzjoni rivendikatorja ma jiddefendix ruhu bil-pussess imma billi jinvoka favur tieghu titolu fuq il-haga rivendikata, isir impellanti ghall-Qorti li tezamina t-titolu pretiz mill-konvenut u jekk il-konvenut ma jirnexxielux jipprova t-titolu minnu allegat u jibqa' sokkumbenti f'din il-prova, huwa prekluz milli jinvoka favur tieghu l-pussess.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment