Reference: 1756/2001/1

Judgement Details


Date
05/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BEZZINA WETTINGER ALBERT vs REGISTRATUR TAL-QORTI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR FUQ IL-BAZI TA` DIKJARAZZJONIJIET JEW SKRITTURI IMDAHHLA FIL-PROCESS - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR TA` - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, MIN HU LEGITTIMU KONTRADITTUR - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, TAXXA TISTA` BISS TIGI VARJATA B`AZZJONI AD HOC
Summary
Il-ligi tistabilixxi x'inhuma l-kriterji li r-Registratur ghandu jimxi fuqhom meta jigi biex jintaxxa l-ispejjez ta' kawza. Dawn il-kriterji huma mfissra fit-Tariffa A (Par. 4) u fit-Tariffa E (Par.13 sa 15) li jaghmlu parti mill-Iskeda "A" tal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili. Minbarra dan, il-valur ta' kawza huwa determinabbli wkoll (ghall-finijiet ta' kompetenza) minn regoli lil-istess Kodici jhaddan dwar l-ghamla tat-talba li tkun;

Hija biss bis-sahha tal-procedura prezenti li taxxa mahruga mir-Registratur tal-Qrati tista', b'ordni tal-Qorti, tigi mhassra u l-kriterji tar-ritassa stabiliti: ma jidhirx li huwa ghaqli u rakkomandat li jinghad li r-Registratur tal-Qrati, ladarba jkun hareg taxxa ta' spejjez gudizzjarji, ghandu "jinnegozja" ma' xi parti dwar il-valur tal-kawza jew aspetti ohra relatati. Il-kriterji li ghandhom imexxu lir-Registratur fit-tfassil ul-hrug ta' taxxa huma dawk stabliti fil-ligi u mhux dawk li l-partijiet ihossuhom komdi bihom;

Ghalkemm huwa minnu li t-taxxa tohrog minn u taht l-awtorita' tal-intimat Registratur tal-Qrati,u ghalkemm sa certu punt it-taxxa tolqot lill-partijiet fil-kawza, ma jistax jintesa lanqas li l-konsulenti legali tal-partijiet f'kawza ghandhom interess haj u dirett fl-ammont ta' dritt intaxxat lilhom. Mhux hekk biss, imma nghad ghadd ta' drabi li f'azzjoni ta' ritassa ghandhom ikunu parti fil-procedura l-interessati kollha, fosthom id-difensuri tal-partijiet, u dan ghal ragunijiet ta' integrita' ta' gudizzju, li hija kwestjoni ta' ordni pubbliku.

Bhala principju stabilit, il-valur ta' kawza jitqies fuq it-talbiet u mhux fuq l-interess effettiv tal-atturi. Madankollu, ir-regola lil-valur huwa meqjus mit-talba, jew mis-sentenza meta l-ebda valur ma jissemma fit-talba, ma hix wahda inflessibbli, ghaliex hija ragonevolment kwalifikata bil-principju li meta mill-kumpless tal-kontestazzjonijkun jidher x'inhu l-valur tal-pretensjoni attrici, alllura t-tassazzjoni ssir fuq dak il-valur;

It-Tariffa li tiggwida l-likwidazzjoni ta' dritt dovut lil avukat f'kawza li fiha tkuninghatat decizjoni dwar punt ta' dritt jew ta' fatt, tghid li dik id-decizjoni tigi intaxxata ad valorem jekk kemm-il darba "jkollha x'taqsam ma' valur determinat jew determinabbli skond il-ligi jewmill-process". Fil-fehma tal-Qorti, dan ifisser li l-valorizzazzjoni tal-azzjoni tista' ssir mhux biss mill-att promotur, imma minn kull taghrif jew prova li tinsab fl-atti;

Ghalkemm huwa minnu li d-denunzja ta' successjoni ma tiswiex biex tistabilixxi t-titolu tal-gid li fiha jissemma, ma jistax ma jinghadx ukoll li bhala dokument dik id-denunzja titqies bhala prova ammissibbli li tipprova l-kontenut taghha ghall-finijiet tal-artikolu 627 tal-Kap 12.

Ir-Registratur tal-Qrati ghandu kull jedd li juza denunzja ta' successjoni bhala l-kejl tal-valur tal-kawza maqtugha bejn il-kontendenti l-ohrajn u dan fin-nuqqas ta' dokument iehor ahjar minn dak jew ta' nota mressqa mill-partijiet flimkien li fiha kien determinat il-valur;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info