Reference: 1010/2001/1

Judgement Details


Date
24/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MIXKUKA LTD vs MANGION GEORGE PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, META L-PREMESSI JEW IT-TALBIET MA JAGHMLUX REFERENZA GHAL WIEHED MILL-KONVENUTI - SOCJETA` KUMMERCJALI, DERIVATIVE ACTION - IL-KUMPANIJA TRID TIGI CITATA BHALA KONVENUTA
Summary
Azzjoni derivattiva ssir minn azzjonista ta' kumpannija biex issewwi xi ingustizzja li tkun saret lill-kumpannija li taghha huwa membru (normalment din trid tikkostitwixxi ghamil li jqarraq bl-azzjonisti minoritarji).

Azzjonista jista', f'cirkostanzi eccezzjonali, ikollu dritt li jiftah kawza biex ihares l-interessi tal-kumpannija li fiha jkollu sehem, ukoll jekk azzjoni bhalha hija normalment tal-kumpannija: u li, f'kaz bhal dan, jista' jharrek fil-vesti personali tieghu ta' azzjonistlill-istess kumpannija li fiha huwa membru. Fil-kazijiet kollha, tqies li l-azzjoni derivattiva kienet wahda ta' natura partikolari, u ghalhekk kienu japplikaw ghaliha regoli mfasslin ghan-natura eccezzjonali taghha;

Minhabba n-natura ghal kollox partikolari tal-azzjoni mibdija (u tac-cirkostanzi specjali li fiha kawza bhalha tista' titressaq) il-kumpannija nnifisha li fl-interess taghha ssir l-azzjoni trid tabilfors titqies bhala "legittimu kontradittur" fis-sens li tkun taghmel parti mill-atti. Issa huwa maghruf ukoll l-ebda persuna ma tista' titqies li ressqet azzjoni minghajr ir-rieda taghha u li, f'kaz li jsir hekk, dik il-persuna tista' titlob li tinheles milli tibqa' izjed fil-kawza. Ladarba f'cirkostanzi bhal dawk ta` azzjoni derivattiva ma kienx mistenni li l-kumpannijainnifisha tibda l-azzjoni, l-ghazla wahdanija li tibqa` hija li titressaq bhala mharrka;

Peress li l-azzjoni derivatttiva hija moghtija biss lil azzjonist minoritarju u fl-interess li jisfida xi ghamil li jkun gab hsara lill-kumpannija li jaghmel minnha, awturi ohrajn jghidu li l-azzjonisti minoritarji jagixxu f'isimhom proprio u tas-socji minoritarji l-ohra. Normalment il kumpannija tkun konvenuta flimkien mad-diretturi jew l-azzjonisti maggoritarji.

Kull azzjoni siewja ghandu jkollha turija cara tal-kawzali u t-talbiet fil-konfront ta' kull parti mharrka, u dan sabiex tali parti tkun f'qaghda li tista' tiddefendi ruhha kif imiss mill-pretensjonijiet tal-parti attrici.

Tista' tinqala' kwestjoni ta' nullita' tal-Att tac-Citazzjoni fejn ikun hemm izjed minn imharrek wiehed. Tista' tezisti nullita' f'kaz ta' pluralita' ta' partijiet imharrkin, imma dan isehh biss metal-parti attrici, bl-istess citazzjoni tesperixxi kontra diversi persuni diversi azzjonijiet jekk ikunu skonnessi ghal kollox bejniethom, b'mod li ggib maghha inkompatibilita' bejn it-talbiet imressqinfil-konfront ta' whud mill-imharrkin ma' talbiet ohrajn imressqin fil-konfront ta' ohrajn.

Il-fatt wahdu li l-partijiet imharrkin ikollhom interess guridiku (fi grad) differenti fil-konfront taghhom mal-parti attrici, ma huwiex xi haga li xxejjen is-siwi tal-gudizzju. Dak li huwa mehtieg huli l-imharrek ikollu l-interess guridiku ta' kontradittur ghall-pretensjonijiet attrici, fi grad jew iehor.

In-nuqqas ta' tharis ta' element mehtieg f'att gudizzjarju huwa wiehed mic-cirkostanzi mahsuba fil-ligi biex tintlaqa' l-eccezzjoni tan-nullita' tal-att jekk ikun gab lill-parti li titlob in-nullita' pregudizzju li ma jistax jissewwa jekk mhux bit-thassir tal-att gudizzjarju li jkun.Id-dikjarazzjoni ta' nullita' tal-atti gudizzjarji hija sanzjoni radikali li ghandha tintuza eccezzjonalment biss u meta ma jistax isir mod iehor.

Jekk l-ebda kawzali jew l-ebda talba fic-citazzjoni ma jidher li taghmel stat fil-konfront ta' wiehed mill-konvenuti, jezisti rimedju procedurali li mhux it-thassir tal-att gudizzjarju, ossia billi jinheles milli jibqa' fil-kawza bla ma l-attjithassar. In-nuqqas ta' tharis formali, ghalhekk, ma jkunx nissel fil-parti eccipjenti pregudizzju li ma jistax jitnehha jekk mhux bid-dikjarazzjoni li l-att gudizzjarju ma jiswiex.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info