Reference: 153/1994/2

Judgement Details


Date
28/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CIANTAR EMANUEL vs CURMI DAVID NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, KUNTRATT ALEATORJU - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES - PROVA, APPREZZAMENT U VALUTAZZJONI TA` - PROVA, GRAD RIKJEST FIL-KAMP CIVILI - PROVA, ONERU TAL-PROVA TA` FATT HUWA MIXHUT FUQ MIN JALLEGAH U MHUX MIN JICHDU - PROVA, PIZ TA` - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI
Summary
Huwa principju guridiku fundamentali li l-kuntratt ta' assigurazzjoni ghandu jkun regolat bil-massima bona fede, u dan mhux biss fil-kors ta' l-esekuzzjoni tieghu, imma wkoll fit-trattativi sakemm jigi konkjuz u l-polza maghruga.

In kwantu bazat fuq in-nozzjoni ta' l-uberrimae fidei kuntrattbhal dan ghandu jirrivesti l-bona fede fil-perkors u durata kollu tieghu. Hekk per ezempju jinsab assodat illi l-proposal form hija parti ntegrali tal-polza ta' l-assikurazzjoni; u kwindi dikjarazzjoni falza maghmula fil-formula hija qisha dikjarazzjoni falza fil-polza.

Nuqqas ta` dikjarazzjoni ta` informazzjoni, anki jekk innocenti, tintitola lill-asiguratur li jevita l-kuntratt 'ab initio'.

Aspett iehor tal-kuntratt ta' assigurazzjoni hu li dan hu kuntratt aleatorju definit skond l-Artikolu 964 tal-Kodici Civili, bhala l-kuntratt li fih il-qligh jew it-telf, ghaz-zewg partijiet jew ghal wahda minnhom, ikun jiddependi minn grajja mhix zgura.

Din l-alea hi l-oggett ta'l-assikurazzjoni jew il-presuppost baziku tal-kuntratt u tal-validita` tieghu. U ghalhekk jekk ma jkunx hemm l-alea jonqos l-element principali tal-kuntratt.

L-alea jew ir-riskju jikkonsisti fil-possibilita` ta' event ekonomiku sfavorevoli. Ghalhekk in linea generali meta jissucciedi l-event ekonomikament pregudizzjevoli ghall-persuna assigurata, una volta verifikat u determinat, jinsorgil-obbligu fl-assiguratur li jirrizarcixxi d-danni u jhallas l-indennizz.

Din tibqa', rebus sic stantibus, ir-regola generali. Jekk, invece, jirrizulta li s-sinistru ma kienx estraneju ghal volonta` ta' l-assigurat u jigi pruvat jew determinat bi prova sostenibbli illi hu jkun immiskja ruhufl-event dannuz, allura l-assiguratur ikollu dritt jirrezisti t-talba ghal hlas tal-kumpens u ma jibqax marbut bl-obbligu tal-polza.

Fil-kamp civili l-piz tal-prova huwa mixhut fuq min jaffermafatt, u mhux fuq min jinnegah. B'danakollu f'kawza civili d-dolo jista' jigi stabbilit anke permezzta' presunzjonijiet u ndizji, purke s'intendi jkunu serji, precizi u konkordanti, b'tali mod li majhallu l-ebda dubju f'min hu imsejjah biex jiggudika.

Huwa ben maghruf f'materja konsimili illi mhux kwalunkwe konflitt, kontradizzjonijiet jew inezattezzi fil-provi ghandhom ihallu lill-Qortif'dak l-istat ta' perplessita` li minhabba fihom ma tkunx tista' tiddeciedi b'kuxjenza kwieta jew jkollha b'konsegwenza taqa' fuq ir-regola ta' in dubio pro reo.

Fil-kamp civili ghal dak li huapprezzament tal-provi, il-kriterju ma huwiex dak jekk il-gudikant assolutament jemminx l-ispjegazzjonijiet forniti lilu imma jekk dawn l-istess spjegazzjonijiet humiex, fic-cirkostanzi zvarjati tal-hajja, verosimili. Dan fuq il-bilanc tal-probabilitajiet, sostrat baziku ta' azzjoni civili, in kwantu huma dawn, flimkien mal-proponderanza tal-provi, generalment bastanti ghall-konvinciment. Ghax kif inhu pacifikament akkolt, ic-certezza morali hi ndotta mill-preponderanza tal-probabilitajiet. Dan ghad-differenza ta' dak li japplika fil-kamp kriminali fejn il-htija trid tirrizulta minghajr mathalli dubju ragjonevoli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info