Reference: 2572/2000/1

Judgement Details


Date
01/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI vs MUSCAT JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NULLITA` TAL-PREZENTATA - CITAZZJONI, NULLITA` TA`
Summary
L-artikolu 180 tal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili jghid, fost l-ohrajn, min huma dawk il-persuni li jistghu jipprezentaw atti fil-Qorti. Dawn jinkludu (i) lill-parti nnifisha li tidher f'isimha jew kap ta' dipartiment jew amministratur pubbliku iehor; (ii) prokuratur legali; (iii) socju ta' ditta kummercjali; (iv) mandatarju specjali ta' qarib tieghu f'xi wiehed mill-gradi msemmija f'dak l-artikolu; (v) persuna li hija parti f'kawza ma' haddiehor; u, fil-kaz ta' Qrati partikolari, (vi) avukat. Il-ligi trid li jekk l-att ikun Citazzjoni mressqa fir-Registru tal-Qrati Superjuri minn kap ta' dipartiment jew amministratur pubbliku iehor, ikun bizzejjed li tissemma l-kariga tal-persuna li tkun qeghda tressaq dak l-att minghajr il-htiega li tissemma b'isimha ;

Id-distinzjoni bejn nullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1)tal-artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni, l-att gudizzjarju jkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta;

Minbarra dan, bis-sahha tal-bidliet li saru fil-ligi bl-Att XXIV tal-1995, l-eccezzjoni ma tirnexxixlanqas (fejn mhix imsejsa fuq il-hrug tal-att gudizzjarju minn qorti li mhix kompetenti) jekk in-nuqqas jew ksur ikunu jistghu jissewwew taht kull dispozizzjoni ohra tal-ligi.

Il-Qorti trid tiddeciedi billi timxi ma' dak li tghid il-ligi, billi thares il-jedd ta' kull parti li jkollha u tinghata smigh xieraq, inkluz il-jedd li tista' tiddefendi sewwa l-kaz taghha, u twiezen il-mira li taghmel haqq mal-perikolu li ma tintilifx fil-formalizmu bla bzonn. Dan trid taghmlu billi zzomm quddiem ghajnejha dawn il-principji bazici, maghduda maghhom dak li att gudizzjarju ghandu, safejn jista'jkun, ma jigix imhassar jekk jista' jigi salvat, u li l-qorti ma tintuzax biex tippremja t-traskuragni fit-thejjija tal-atti li jitressqu quddiemha u taghraf fejn zball ikun wiehed genwin;

Is-setghat ta' qorti li tilqa' talba (jew ukoll li minn rajha hekk tordna) biex isir bdil fl-atti hijawiesgha tassew, u l-kliem tal-ligi sa hemm m'ghandhomx ghaliex joholqu problemi ta' tifsira;

Kull tiswija jew zieda f'att tal-kawza jista' jsir f'kull waqt tal-kawza. Tali tibdil jikkonsisti mhux biss fit-tiswija ta' zball imma wkoll bdil fl-atti b'mod li jistghu jiddahhlu hwejjeg ohra ta' fatt li jkunu pertinenti u rilevanti ghall-mertu li jkun qieghed jigi mistharreg fil-kawza. Il-limitazzjoni wahdanija li l-artikolu 175 jaghmel fuq is-setgha tal-Qorti u min jaghmel talba ghall-bdil jew tiswija tal-att hu li t-tibdil ma jbiddilx fis-sustanza l-azzjoni jew l-eccezzjoni fil-mertu tal-kawza. Ghalhekk, hi lejn is-sustanza ta' l-azzjoni li l-Qorti trid thares biex tara jekk hux il-kazli tilqa' jew le talba ghat-tiswija, bidla jew zieda f'att tal-kawza;

Ma jidher li mkien fil-ligi ma tinsab komminata espressament in-nullita' tal-att minhabba n-nullita' tal-prezentata, ghaliex id-difett tal-prezentata ma jistax jirrendi l-att nieqes minn xi partikolarita' sostanzjali preskritta mil-ligi. Il-kelma "partikolarita'" kif uzata fl-artikolu 789(1)(d) tirreferi ghall-kontenuttal-att (tac-Citazzjoni) bhalma huma l-kawzali, l-oggett, u dawk l-elementi essenzjali kollha li l-ligi tippreskrivi. Kien nghalhekk li n-nullita' tal-prezentata giet imfissra bhala "nullita' virtwali", kif kontrapposta ghan-"nullita' essenzjali" msemmija fil-ligi;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info