Referenza: 493/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BUGEJA ALFRED vs BORG JOSEPH PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, FOND ABBANDUNAT - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KUNCETT TA` VJOLENZA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, MIN HU LEGITTIMAT LI JISTITWIXXI L-AZZJONI - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN
Fil-Qosor
F'azzjoni ta' spoll wiehed irid ihares lejn il-pussess u d-detenzjoni ta' l-ispoljat, liema pussessmhux mehtieg li jkun ezercitat bis-sahha ta' titolu ta' proprjeta` jew servitu` imma jista' jkun pussess kwalunkwe, billi bis-sahha ta' l-Artikolu 791 tal-Kap. 12 huwa vjetat kull ezami mhux rapportatghall-imsemmi pussess u ghall-ispoll.

Legittimat biex jipproponi din l-azzjoni, hu dak li fizmien ta' l-att spoljattiv hu possessur jew detentur, kemm jekk fl-interess tieghu personali, ad exemplum, qua kerrej, kemm jekk fl-interess ta' terzi, bhal mandatarju jew amministratur.

Una volta l-possessur jipprova l-pussess u l-ispoll avvenut dan mhux tenut jiggustifika l-ezercizzju ta'poter ta' fatt - possideo quia possideo - fuq il-haga. Il-pussess tieghu jista' jkun nieqes mir-rekwiziti ghal fini ta' uzukapjun u jista' addirittura jkun ta' mala fede.

Opportunement ukoll tajjeb li jigi rilevat illi ghalkemm fil-ligi taghna ma nsibu l-ebda definizzjoni normativa ta' l-ispoll, b'danakollu l-gurisprudenza tidentifika n-nozzjoni ta' l-ispoll mal-komportament jew l-agir ta'l-ispoljant li b'awtorita` privata tieghu jwettaq att li, ghalkemm jista' jkollu dritt ghalih, ma setax jezercitah minghajr l-intervent tal-Qorti. Hu proprju ghal dan il-motiv illi l-azzjoni ta' reintegrazzjoni sservi biex jigi mpedut li c-cittadin privat jiehu gustizzja 'di privato braccio' b'modli l-fini taghha huwa dak li jigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt.

L-istat ta' abbandun tal-fond ma jfisserx, u ma ghandux jissarraf, unilateralment, fl-abbandun ukoll tad-dritt li l-attur kellu fuq il-fond. Anzi c-cirkostanza biss taz-zamma tac-cavetta tal-fond hija manifestazzjoni cara ta' detenzjoni.

Ghal dak li jirrigwarda r-rekwizit tal-fatt ta' l-ispoll (spoliatum fuisse) sabiex jigi sodisfatt dan ir-rekwizit ma hemmx bzonn il 'vis atrox' cjoe il-vjolenzafizika jew morali fuq il-persuna tal-possessur, imma bizzejjed il-vjolenza fuq il-haga; liema vjolenza tavvera ruhha jekk l-opera spoljatrici tkun saret kontra l-kunsens tas-sid.

Meta jirrikorri l-element tal-vjolenza ma hemmx bzonn li l-gudikant jokkupa ruhu minn dak tal-klandestinita`; ghax il-ligi taghna, ghall-finijiet ta' l-azzjoni ta' spoll privileggjat, tikkonsidra sufficjenti li jkun hemm ir-rekwizit tal-vjolenza jew tal-klandestinita`, u mhux li jkun hemm iz-zewg rekwiziti f'daqqa.

Kwantu ghar-rekwizit tax-xahrejn (infra bimestre) preskritt mil-ligi ghall-azzjoni ta' l-ispoll, irid jinghad li dan huwa (a) terminu ta` dekadenza u (b) jibda jiddekorri mid-data tal-kommissjoni ta' l-ispoll u mhux a die scientiae.

It-terminu ta' xahrejn infatti jibda jiddekorri mid-data minn mindu l-attur ikun attwalment u fizikament gie spoljat mill-pussess tieghu u mhux a diescientiae. Dan ukoll ghax il-pussess jehtieg li jkun kontinwu u apparenti u l-att turbattiv tal-pussess irid ikun maghmul vi aut clam. L-azzjoni kif tentata mill-attur ma tistax tregi in kwantu jonqos wiehed mill-elementi kostitutiva taghha 'infra bimestre deduxisse'".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni