Reference: 1792/1999/1

Judgement Details


Date
28/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG ANTHONY ET vs WILLOUGHBY ANTHONY FRANCIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
RES JUDICATA, EADEM CAUSA PETENDI - RES JUDICATA, EADEM PERSONAE - RES JUDICATA, EADEM RES - RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - RES JUDICATA, META L-KWISTJONI MQANQLA FIT-TIENI KAWZA MA TKUNX GIET DECIZA FL-EWWEL KAWZA - RES JUDICATA, ORDNI PUBBLIKU - RES JUDICATA, WIEHED IRID IHARES LEJN ID-DISPOSITTIV U LEJN IL-MOTIVAZZJONI TA` L-EWWEL SENTENZA
Summary
L-eccezzjoni tar-res judicata ghandha dejjem tigi deciza b'kap separat qabel, jew flimkien mas-sentenza fuq il-meritu. Jekk dan ma jsirx din l-ommissjoni ggib in-nullita tas-sentenza.

L-'exceptio rei judicatae' ghandha bhala fundament il-fatt ta' l-interess pubbliku, u wkoll ghaliex 'interest rei publicae ut sit finis litium'. Sentenza li ghaddiet 'in giudicato', jigifieri li ma tista' tappella minnha izjed, hija mizmuma bhala tajba u sewwa u tal-haqq - 'res judicata pro veritate habetur' - jigifieri l-fundament ta' l-'actio' u ta' l-'exceptio judicati' hija preskrizzjoni legali, u ghalhekk hija 'strictissimae interpretationis'.

Huwa maghruf illi l-elementi ta' l-eccezzjoni tal-gudikat huma li s-sentenza ta' qabel kienet moghtija f'kawza bejn l-istess persuni fuq l-istess oggett u ghall-istess kawzali (eadem personam, eadem res, eadem petendi) bhal fil-kawza l-gdida.

Stabbiliti dawn l-estremi jrid jigi ezaminat jekk fil-kaz jirrikorrux l-elementi kollha ta' l-eccezzjoni kif pretiz mill-konvenuti.

Gie affermat illi hemm lok ghall-eccezzjoni tal-gudikat anki meta l-meritu tal-kaz, ghalkemm distint minn dak tal-kawza ta' qabel, jifforma parti mill-istess haga jekk il-punt kontrovers ikun l-istess.

Intqal ukoll illi ghalkemm biex jista' jigi nvokatil-gudikat, hemm bzonn l-identita` ta' l-oggett, din l-identita` ma hemmx bzonn tkun assoluta bastali jkun hemm l-identita` fuq il-punt kontrovers, jew l-oggett fit-tieni citazzjoni jkun jidhol bhala parti integrali ta' l-oggett aktar ampju dedott fl-ewwel citazzjoni.

Li jfisser li l-atturima jkunux jistghu permezz ta' kawza ohra jifthu t-trattazzjoni ta' l-istess punti fl-istess kwistjoni li gja gew diskussi f'kawza deciza b'sentenza li gja ghaddiet f'gudikat.

Sakemm ma jkunx hemm ebda decizjoni fuq il-vera kwistjoni kontroversa, u dik il-kwistjoni ma tkunx giet prekluza minnebda decizjoni definittiva moghtija fil-gudizzju, l-istess kwistjoni tibqa' mhux deciza, u ma jistax mill-parti l-ohra jinghad li ghad-decizjoni josta l-gudikat.

L-eccezzjoni tal-gudikat ghandha tigi ammessa b'cirkospezzjoni kbira; u dan aktar u aktar meta dik l-eccezzjoni jkollha l-effett li teskludi xi dritt, bhal meta si tratta minn incident processwali li jqum fil-kors tal-gudizzju, fejn ma jistax ikun hemm dak li jissejjah gudikat implicitu. Biex ikun hemm lok ghall-eccezzjoni tal-gudikat, hemm bzonn li l-kwistjoni tkun giet 'effettivament' deciza bis-sentenza ta' qabel, u mhux biss li setghet tigi deciza.

Dak li hu antecedent necessarju tad-disposittiv tas-sentenza u lihu ta' bilfors ovvjament deducibbli minnu, ghalkemm ma jinghadx fl-istess disposittiv, jitqies nvolut fih u parti minnu.

Meta la fil-motivazzjoni, la fid-dispositiv, u lanqas fit-tnejn kombinati flimkien, ma giet verament deciza l-indentika kwistjoni, l-eccezzjoni tal-gudikat mhijiex ostatattiv ta' l-azzjoni.

Fid-dubju l-imhallef m`ghandux jippropendi favur l-eccezzjoni tal-gudikat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info