Referenza: 247/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/03/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CAUCHI BERNARD PAUL vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CHILDREN`S ALLOWANCE, DEFINIZZJONI TA` NET INCOME - CHILDREN`S ALLOWANCE, PROFITTI SOCJETARJI MHUX DISTRIBWITI
Fil-Qosor
Undistributed profits ta' socjeta` li taghha jkun socju l-applikant ghal children's allowance, ghandhom jittiehdu bhala parti mill-mezzi tieghu ghal fini tal-komputazzjoni tad-dhul jew privilegg skondl-Artikolu 76 ta' l-Att dwar is-Sigurta` Socjali u dana billi l-Artikolu 2 tal-Parti VII tat-TieniSkeda ta' l-istess Att jikkontempla mhux biss d-dhul effettiv izda jinkludi wkoll dak id-dhul li "jista' jigi ricevut." Dan a bazi tal-konsiderazzjoni li l-profitti ta' socjeta` jappartjenu 'di diritto' lis-socji.

L-Att Dwar is-Sigurta` Socjali ma jaghti ebda definizzjoni ta' "income or privilege" li jircevi l-kap tal-familja jew martu izda mill-assjem tal-provvedimenti kollha tal-istess ligi jidher li kull kalkolu jew komputazzjoni mehtiega sew ghal hlas tal-kontribuzzjonijiet, kif ukollbiex wiehed jircevi pensjoni jew xi beneficcju iehor in forza tal-istess ligi, jigi kunsidrat in-"net income" tal-"insured person" li fl-Artikolu 2 tal-istess ligi huwa definit bhala "total income net of expenses directly incurred in generating that income." Dawn l-"expenses" certament ma jinkluduxit-taxxa dovuta u ghalhekk nistghu nghidu li meta l-Att Dwar is-Sigurta` Socjali fl-artikolu 76 jitkellem dwar il-mezzi tal-applikant jkun qed jirriferi ghal introitu kollu tal-"insured person" u bl-ebda mod ma ghandha titnaqqas it-taxxa dovuta jew li tista' tithallas in forza tal-ligi dwar it-Taxxa fuq id-Dhul.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni