Referenza: 1837/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
HERITAGE ESTATES LTD vs RAGONESI AV. DR. VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH IN SUBBASTA, META L-PROCEDURI JINBDEW FUQ IL-BAZI TA` SENTENZA LI WARA TIGI APPELLATA - SENTENZA, EZEKUZZJONI PROVVIZORJA - SENTENZA, SOSPENSJONI TA` L-EZEKUZZJONI PENDENTI L-APPELL
Fil-Qosor
Il-proceduri ta' subbasta huma mezz kif persuna tenforza titolu ezekuttiv li jkollha favur taghha, ul-artikolu 252 tal-Kap 12, jiddisponi b'mod car li dak il-Mandat, elenkat fl-artikolu 273 (b) tal-istess Kap. 12, jista' jintuza biss "bis-sahha ta' titolu ezekuttivi". Issa l-artikolu 253 tal-Kap 12 jghid li huma titolu esekuttiv "is-sentenzi u d-digrieti tal-Qrati tal-gustizzja ta' Malta", u l-artikolu 256 jghid li kull sentenza li tikkundanna lid-debitur ghall-hlas ta' somma likwida (kif inhul-kaz in ezami) "hija ezegwibbli wara jumejn minn dakinhar li tinghata". L-artikolu 266(1) tal-istess Kap.12 jiddisponi, pero', li hlief fil-kazijiet imsemmija fl-artikolu 267, "sentenza li ma tikkostitwix gudikat ma tkunx esegwibbli kemm-il darba, fuq talba tal-parti interessata, dik is-sentenza ma tkunx giet dikjarata mill-qorti li tkun esegwibbli provvizorjament."

Sentenza, darba li tinghata, tikkostitwixxi dejjem titolu esekuttiv u tista' tigi enforzata wara jumejn li tinghata; jekk, pero', jigi introdott appell mnn dik is-sentenza, l-esegwibbilita' taghha tigi sospiza, u kull procedura li tkun ittiehdet in esekuzzjoni ta' dik is-sentenza trid tigi sospiza sakemm dik is-sentenzassir gudikat, cioe', sakemm tinghata sentenza definittiva mill-Onorabbli Qorti tal-Appell. Hekk kifl-Onorabbli Qorti tal-Appell taghti s-sentenza finali taghha u tikkonferma s-sentenza li nghatat fl-ewwel grad, dik is-sentenza issir gudikat u l-proceduri esekuttivi li jkunu gew sospizi, jistghu, fuq talba tal-kreditur jitkomplew sal-ezitu taghhom.

Ma jistax jinghad illi proceduri ghall-bejgh in subbasta li jsiru fuq il-bazi ta` sentenza li tkun giet appellata huma nulli ghaliex strettament tali proceduri jkunu saru fuq il-bazi ta` titolu ezekuttiv. L-uniku effett ta' l-appell huwa lijissospendi l-ezekuzzjoni ta` dik is-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment