Reference: 97/1998/1

Judgement Details


Date
17/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GAUCI MARIA vs FARRUGIA CHARLES SIVE CARMEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, CESSJONI TA` NEGOZJU MHUX NECESSARJAMENT TIKKOMPRENDI C-CESSJONI TA` L-INKWILINAT - LOKAZZJONI, GESTJONI TA` NEGOZJU MA TAMMONTAX GHAL SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` TRASFERIMENT TAL-KIRJA TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, META S-SID JACCETTA HLAS TA` KERA MINN TERZI - LOKAZZJONI, ONERU TAL-PROVA FIL-KAZ TA` SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, TIP TA` KUNSENS MEHTIEG TAHT IL-KAP. 69 SABIEX ISSIR SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, UZU MINN TERZ TAL-FOND LOKAT
Summary
Ic-cessjoni ta' negozju jew azjenda gestita f'fond necessarjament u mprexxindibilment fiha nfisha matikkomprendix ic-cessjoni tal-inkwilinat tal-post. Biex ikun hemm tali cessjoni jehtieg li l-pussess fattwali tal-lokazzjoni jghaddi minn idejn l-inkwilin f'idejn is-sullokatarju.

Il-fatt li terz juza fond bl-ebda mod ma jfisser li din kellha xi dritt fuq l-istess fond. Wisq anqas ifisser li tezisti xi prova illi akkwistat xi titolu fuq il-fond permezz ta' sullokazzjoni, cessjoni, jew trasferiment xort'ohra ta' l-inkwilinat.

Dan ghaliex, kif jinsab insenjat, ma jistax jinghad likien hemm sullokazzjoni jew cessjoni ta' l-inkwilinat jekk ma jigux pruvati l-elementi ta' dawn il-figuri guridici.

Din il-prova tinkombi di rigore fuq is-sid. Tali prova mhux bizzejjed li tkunindizju jew probabilita`. Jehtieg li tkun univoka u kredibbli sal-punt li twassal il-gudikant ghalkonvinciment illi l-inkwilin ma kienx ghadu bhala fatt juzufruwixxi d-drittijiet lilu kompeteneti bhala kerrej u li kien ghadda dawk id-drittijiet komprizi fit-tgawdija tal-haga lilu mikrija lil haddiehor.

Fejn tkun tirrizulta skrittura bejn il-kerrej u t-terz 'per se' tibbasta bhala prova biex turi l-fatt tac-cessjoni. Basta pero`, s'intendi, din ic-cessjoni tkun expressis tipprovdi ukoll ghat-trasferiment tal-inkwilinat u mhux limitatament dwar it-tmexxija ta' l-azjenda bhal ma hekk kien il-kaz fid-decizjoni fl-ismijiet.

Il-fatt tac-cessjoni jew tas-subinkwilinat mhux necessarjament u dejjem ghandha tirrizulta mill-ammissjoni tal-parti mharrka izda tista' tirrizulta 'aliunde' minn cirkostanzi ohra li ma jhallu l-ebda dubju li tabilhaqq il-kirja kienet kompriza fit-trasferiment tan-negozju.

Il-hlas tal-kera mill-kumpanija lanqas ma jipprova 'ut sic' s-sullokazzjoni in kwantu kif spiss gie ritenut kulhadd seta' jhallas id-dejn ta' haddiehor. L-Art 1149 (1) tal-Kodici Civili infatti jipprovdi illi "il-kreditur ma jistax jirrifjuta hlas li toffri lilu terza persuna jekk il-hlas ikunu ta' vantagg ghad-debitur".

Il-ligi specjali (Kap 69) tuza it-terminologija "ittrasferixxa" ("made over" fit-test Ingliz). Li jfisser li l-Art 9 tal-Kap imsemmi ma kienxlimitat ghac-cessjoni kif mifhuma fil-Kodici Civili, izda kull forma ta' trasferiment tal-kirja li ssir minghajr il-kunsens espress tas-sid. Il-ligi ma taghmel l-ebda distinzjoni bejn trasferiment oneruz jew gratuwitu, u konsegwentement mhux rikjest li jkun thallas xi korrispettiv biex jissussistit-trasferiment tal-kirja kontemplat taht din il-ligi.

Anki jekk is-sid kien jaf bic-cessjonijew sullokazzjoni dan se mai jista' talvolta jissarraf f'rinunzja tacita ghall-azzjoni. Izda ma jekwivalix ghal kunsens espress li trid il-ligi. Kunsens dan li ma giex provat mill-inkwilin li kien inghata lilu. Il-ligi precizament biex tevita l-kwestjonijiet u s-supposizzjonijiet ta' approvazzjoniu kunsens tacitu, trid li l-kunsens ghas-sullokazzjoni jkun espress. Li kieku l-ligi kienet trid li s-semplici kunsens tal-lokatur ikun bizzejjed, kien kif kien, anki tacitu, ma kienx ikun hemm ghalfejn jinghad li l-kunsens mehtieg kien il-kunsens espress.

Gjaladarba l-ligi tqieghed bhala regola illi l-kunsens ghas-sullokazzjoni irid ikun wiehed espress, kwalsiasi dipartizzjoni mill-istess regola trid tkun sew mizurata. Huwa minnu illi gie kemm il-darba deciz illi anke meta jkun hemm il-kunsens tacitu u mhux espress, is-sid jiddekadi mid-dritt tieghu ghar-ripresa tal-pussess tal-fondmikri izda l-kliem tal-ligi, li ssemmi l-kunsens espress, jippostula li dan il-kunsens ikun jirrizulta car u mhux inekwivoku u minn fatti tant inspjegabbli b'mod iehor, illi l-kunsens tacitu jkun ineffetti jekwivali ghal kunsens espress.

Trid issir distinzjoni bejn li wiehed jikkonsentixxighall-fatt li wiehed ikun jaf li sehh u li jakkweixxi ghall-fatti li setghu kienu indikattivi ta' dak li forsi gara.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info