Reference: 1043/1992/2

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF NICOLAS vs PACE HENRY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ANIMUS SPOLIANDI - ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TIGI PROMOSSA FLIMKIEN MA` AZZJONI PETITORJA - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TINGHATA L-ECCEZZJONI LI L-ISPOLL KIEN LEGITTIMU - ACTIO SPOLII, NATURA TA` - ACTIO SPOLII, TWETTIEQ TA` ORDNI MOGHTI MINN AWTORITA` PUBBLIKA - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PROPRJETA` TA` L-ARJA TA` BITHA INTERNA META GID JINQASAM F`SULARI DIFFERENTI
Summary
F`azzjoni ta' spoll privileggjat ma ghandux jitqies hlief il-pussess jew detenzjoni tal-ispoljat u l-ispoll tal-ispoljatur.

Huwa ghalhekk li l-ligi (Art 791 (a) Kap 12) u d-dottrina legali ma jippermettux f'kawza ta' din ix-xorta hlief eccezzjonijiet dilatorji. Dan ghaliex l-obbjettiv taghhahuwa t-tutela tal-pussess. Huwa dan illi jaghmilha differenti mill-azzjoni petitorja fejn il-fondament u l-iskop taghha huma r-rikonoxximent u t-tutela tad-dritt. Huwa ghalhekk li l-gurisprudenza tipprojbixxi l-kumulu taz-zewg azzjonijiet: dik possessorja u dik petitorja.

L-azzjoni possessorja privileggjata tipprexxindi mit-titolu tal-proprjeta`. Dan ghaliex kellu jew ma kellux drittijiet dominikali dak il-pussess jaghtih dritt li jezercita l-azzjoni possessorja privileggjata; salv kull xorta ta' azzjoni petitorja li jista' jkollu l-konvenut, li hija ezercibbli b'kawza ohra, 'si et quatenus'.

Difatti jinsab ritenut ukoll illi f'azzjoni ta' din in-natura l-ispoljant ma jistghax jirrispondi 'in difesa' li dak li ghamel kien att legittimu ghaliex l-indagini tal-legittimita` jew le hija rizervata ghall-gudizzju petitorju.

Dan igib bhala konsegwenza illi f'materja ta'spoll ma tistax tigi permessa ebda eccezzjoni qabel ma jigi reintegrat l-ispoll ("spoliatus ante omnia restituendus").

L-azzjoni ta` spoll hija radikata pjuttost fuq l-esigenzi ta' utilita` socjali milli fuq il-principju assolut tal-gustizzja, u hija eminentement intiza sabiex tkun estiza l-protezzjoni lil kwalunkwe pusses, u jigi impedut lic-citaddin privat jiehu l-gustizzja f'idejh; b'mod li l-fini taghha huwa dak li jigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt jew turbat.

Il-proprjetarju jew utilista tal-bitha ghandu wkoll l-ispazju tal-arja soprastanti (Art 323 tal-Kodici Civili) tant li hi gurisprudenza assodata illi l-proprjetarju tal-fond soprastanti addirittura lanqas jista' jonxor mit-twieqi tal-fond tieghu ghal fuq il-bitha ta' haddiehor minghajr il-kunsens ta' dan.

Beni sovrapposti wiehed ghall-iehor huma konsidrati bhala beni vicini ghall-applikazzjoni tal-principju kontenut fl-artikolu 425 tal-Kodici Civili ebda wiehed mill-girien ma jista', minghajr il-kunsens ta' l-iehor, jaghmel twieqi jew aperturi ohra fil-hajt divizorju.

L-actio spolii hi wkoll konsentita bejn ko-possessuri u addirittura kontra l-komplici tal-awtur tal-ispoll u l-mandanti li jkunu nkarigawh.

Meta l-ligi mbaghad issemmi l-pussess "ta' liema xorta jkun" b'dan riedet tfisser li l-protezzjoni taghha kienet intiza mhux biss ghall-hwejjeg korporali, izda anke ghad-drittijiet u hwejjeg inkorporali peress li dawn ukoll huma suggettivi ta' pussess, ad exemplum, is-servitujiet.

Mhix difiza legittima li l-ispoll gie kommess in ezekuzzjoni ta` ordni ta` rapprezentant ta` awtorita` pubblika, ghaliex tali ordni huwa ghall-ispoljat "res inter alios acta".

Il-karenza ta` animus spoliandi ma tistax titqajjem bhala difiza minn min ikun ikkommetta l-ispoll.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info