Referenza: 272/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/02/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ZAHRA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HSARA VOLONTARJA, PROVA TAL-HSARA - RECIDIVITA`, PROVA TA`
Fil-Qosor
Fin-nuqqas ta' qbil bejn il-partijiet u salv dak li jinghad fis-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 325,biex tigi determinata l-hsara ghall-finijiet ta' l-Artikolu 325(1) tal-Kodici Kriminali (moqri ma' l-Artikolu 335 ta' l-istess Kodici) din trid (i) jew tigi apprezzata direttament mill-gudikant, fis-sens li jekk il-gudikant ikun jifhem bizzejjed jista' jiddetermina huwa stess l-ammont tal-hsara billi jezamina l-oggett in kwistjoni; jew (ii) il-parti leza tghid kemm effettivament hallset biex issirit-tiswija ta' jew fi l-oggett; jew (iii) billi jitqabbad perit mill-qorti biex jaghti l-fehma tieghu dwar l-ammont tal-hsara.

Ghalkemm il-fedina penali tista' tittiehed in konsiderazzjoni mill-Qrati ta' Gustizzja Kriminali biex ikunu jistghu jikkalibraw il-piena, l-imputazzjoni tar-recidivadejjem tinnecessita li ssir il-prova tal-kundanna jew kundanni precedenti; tali prova ssir permezzta' kopja legali tas-sentenza jew sentenzi precedenti kif ukoll billi jigi ppruvat a sodisfazzjoni tal-qorti - permezz ta' xhieda jew minn ezami tal-istess sentenza jew sentenzi (jekk din jew dawn ikunu jaghtu l-konnotati mehtiega tal-persuna kkundannata) jew minn ezami tal-atti tal-kawza ta' dik is-sentenza jew ta' dawk is-sentenzi precedenti - li dawk is-sentenzi jirreferu ghall-persuna li tkunqed tigi akkuzata bir-recidiva.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment