Reference: 1116/1994/1

Judgement Details


Date
17/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
DINGLI DR KEVIN F NOE vs BONNICI DR JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA` KUMMERCJALI, MIN GHANDU INTERESS GURIDIKU SABIEX JITLOB L-ISKWALIFIKA TA` DIRETTUR JEW SEGRETARJU - SOCJETA` KUMMERCJALI, SKWALIFIKA MILL-HATRA TA` DIRETTUR JEW SEGRETARJU - SOCJETA` KUMMERCJALI, SKWALIFIKA MILL-HATRA TA` DIRETTUR JEW SEGRETARJU - SENTENZA TA` QORTI BARRANIJA
Summary
L-artikolu 125(b) tal-Ordinanza dwar is-Socjetajiet Kummercjali (li kien jitratta dwar skwalifika ta` persuna milli tinhatar bhala direttur u li llum gie sostitwit mill-Art. 142 ta' l-Att dwar il-Kumpanniji) ma jispecifikax min ghandu d-dritt ta' azzjoni, isegwi li kull persuna li ghandha l-interess mehtieg tista' tavvanza tali azzjoni.

Normalment, direttur jigi mnehhi mill-kariga tieghub'risoluzzjoni fil-kumpanija. M'hemmx dubju wkoll li s-socjeta` tista' tagixxi biex tnehhi diretturtaghha fuq il-bazi tal-iskwalifiki li ssemmi l-Ligi. L-istess azzjoni tispetta wkoll lir-Registratur tas-socjetajiet li ghandu dmir li jara li persuna li tigi kolpita b'dawk l-iskwalifiki statutorjima tibqax fil-kariga. Meta si tratta ta' kumpanija li fiha l-kontendenti it-tnejn ikunu diretturi,it-tnejn ghandhom singolarment lir-rapprezentanza guridika tal-kumpanija u t-tnejn (in fin dei conti, u jekk thares minn gewwa l-"corporate veil" ta' zewg kumpaniji esteri) huma fil-prattika s-sidienindaqs tal-kumpanija Maltija in kwistjoni, l-azzjoni biex tigi intavolata kawza ai termini tal-art.151 tista' tispetta wkoll lil kull wiehed minnhom.

Il-Ligi tipprovdi li persuna ma tkunx kwalifikata li tinhatar jew ikollha l-kariga ta' direttur ta' kumpanija jekk tkun instabet hatja ta' xiwiehed mir-reati li jirrigwardaw il-fiducja pubblika jew serq jew frodi jew ir-ricettazjoni ta' proprjeta` miksuba b'serq jew frodi li ssir xjentement.

Sentenza ta' qorti barranija li tkun sabet lil direttur ta' socjeta` Maltija hati ta' wiehed mill-imsemmija reati tkun tista' tintuza sabiex l-istess jigi skwalifikat ai termini ta' l-imsemmija disposizzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info