Referenza: 428/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
ELLUL FILOMENA vs ELLUL CARMEL SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - ACTIO SPOLII, KUNCETT TA` VJOLENZA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET DWAR TOLLERANZA MA JISGHUX JIGU KKUNSIDRATI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, META L-ISPOLL IKUN KOMMESS MINN SOCJETA` KUMMERCJALI - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN - ACTIO SPOLII, NATURA TA` - ACTIO SPOLII, PUSSESS ESKLUSSIV MHUX MEHTIEG
Fil-Qosor
L-azzjoni ta' spoll hija msejsa fuq l-ordni pubbliku u hija mahsuba bhala azzjoni mhaffa u effikacibiex ma thalli 'l hadd li jiehu l-ligi b'idejh u jxekkel stat ta' fatt, u biex, jekk dan isir, min ikun ghamel dan l-att jerga' jqieghed kollox minnufih kif kien, qabel kull indagni ohra (spoliatus ante omnia restituendus). F'din l-azzjoni huwa mehtieg jigu ippruvati tliet (3) elementi, u jigifieri(a) il-pussess; (b) it-tehid tieghu b'ghamil tal-imharrek u (c) li l-azzjoni nbdiet fi zmien xahrejn minn meta jsir l-att ta' spoll.

Dwar l-ewwel element, huwa mehtieg li jintwera li, fil-waqt li sar l-ghamil ilmentat, l-attur kien fil-pussess imqar materjali jew ta' fatt. Minbarra dan, il-pussess ma ghandux ikun ekwivoku imma fid-dieher, ukoll jekk ikun ghal waqt qasir, u l-Qorti ghandha tillimita ruhha biss biex tqis il-fatt tal-pussess u dak tal-ispoll. Mhux mehtieg li l-pussess li jista' jithares minn azzjoni bhal din ikun wiehed esklussiv.

Huwa possibbli li l-ispoll jimmaterjalizza wkoll meta jkun hemm cahda parzjali ta' pussess.

F'azzjoni ta' pussess privileggjat bhalma hija l-Azzjoni tal-Ispoll, il-kwestjoni tat-tolleranza tal-pussess m'ghandhiex normalment tigi meqjusa jekk ma tkunx tidher mad-daqqa t'ghajn.

Dwar it-tieni element, huwa mehtieg lijintwera li l-ghamil spoljattiv ikun wiehed arbitrarju u maghmul kontra r-rieda tal-possessur b'modli jista' jaghti lok ghal azzjoni ta' danni kontra min ikun wettqu. Huwa wkoll mahsub li l-ghamilirid ikun wiehed vjolenti jew imqar mistur ghall-gharfien tal-persuna li kellha l-pussess.

Gie mfisser ukoll li l-kliem "vis aut clam" li jirradikaw dan l-element tal-azzjoni, mhux tabilfors jissarraf f'ghamil ta' tkissir jew qerda ta' oggett mizmum mill-attur jew li fih huwa jgarrab xi hsarafizika, ghaliex huwa bizzejjed li l-ghamil spoljattiv isir kontra r-rieda tieghu jew minghajr ma jithalla jintebah bih.

Jekk jigi eccepit li l-att spoljattiv gie kommess minn socjetac kummercjali u mhux minn persuni fizici, ma jridx jintesa li l-ghamil tal-ispoll huwa mfisser bhala "delitt civili" u huma l-persuni fizici u mhux dawk morali li, huma stess jew permezz ta' terzi, jistghu jaghmlu atti illeciti.

Dwar it-tielet element, il-ligi trid li l-azzjoni ghat-tnehhija tal-effetti tal-ispoll ghandha tinbeda fi zmien xahrejn. Dan iz-zmien huwa meqjus bhala terminu ta' dekadenza. Bhal kull wiehed iehor mill-elementi tal-azzjoni, dan il-fatt ghandu jigi pruvat mill-attur. Izda meta l-kwestjoni taz-zmien tittella' mill-imharrek bis-sahha ta' eccezzjoni, allura l-prova li l-azzjoni ta' spoll privileggat saret barra minn zmienha taqa' fuq l-istess imharrek, kif jipprovdi l-artikolu 562 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

Dwar il-kwestjoni taz-zmien li fiha jmissha ssir il-kawza ghandu jinghad li tinqala' l-problema dwar minn meta ghandu jibda jintghadd it-terminu ta' xahrejn li tiffissa l-ligi. Dan jinholoq b'mod partikolari meta l-ghamil spoljattiv ikunsar minn wara dahar il-persuna li kellha l-pussess. Kien hemm kazijiet fejn il-qrati ghamlu distinzjoni bejn meta l-ghamil ta' spoll ikun wiehed li sar darba u fejn l-ghamil ikun att li jippersisti,u ghalhekk inholoq il-hsieb li l-azzjoni tibda jew minn meta l-persuna li ttehdilha l-pussess intebhet bl-ispoll jew meta l-att persistenti ntemm. Izda, qari xieraq taz-zewg artikoli tal-ligi li jitkellmu dwar l-azzjoni privileggata tal-ispoll (l-artikolu 791 tal-Kap 12 u l-artikolu 535 tal-Kap 16) ma jhallux ghazla ghal dik li ghandha tkun it-tifsira xierqa li jmissha tinghata dwar minn meta ghandu jintghadd iz-zmien ta' xahrejn: dan ghandu jibda jitqies minn dak inhar tal-ispoll.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment