Reference: 523/1983/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATTARD CHARLES vs FRENDO CARMELA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, LIKWIDAZZJONI EX AEQUO ET BONO - KUNTRATT, INADEMPJENZA KONTRATTWALI - KUNTRATT, KLAWSOLI IN RESTRAINT OF TRADE - KUNTRATT, KLAWSOLI LI JILLIMITAW IL-KOMPETIZZJONI - KUNTRATT, RIMEDJI DISPONIBBLI F`KAZ TA` INADEMPJENZA
Summary
Klawsola li tillimita l-kompetizzjoni hija deroga ghal principju stabbilit fl-Artikolu 320 tal-Kap.16 li jistabbilixxi li wiehed jista' jiddisponi minn hwejgu bil-mod l-aktar assolut. B'dana kollu il-patt li bih wiehed jintrabat "li ma jaghmelx" a norma ta' l-Artikolu 982 tal-Kodici Civili jista'jifforma l-oggett ta' kuntratt u ma jidhirx li jmur kontra d-dispost l-iehor tal-ligi kif imfisser fl-Artikolu 985 ta' l-istess Kodici Civili, billi mhux "ipprojbit mil-ligi" jew "kuntrarju ghall-ordni pubbliku".

Tali klawsoli, notorji ahjar bhala pattijiet "in restraint of trade", gew estensivament dibattuti fid-duttrina Ingliza, fejn, bejn wiehed u iehor, giet espressa il-fehma li trid issir distinzjoni bejn dawk il-klawsoli li jkollhom l-iskop li jipprevjenu lill-obbligat milli jikkompeti ma` dak li a favur tieghu tkun saret il-klawsola, u dawk il-klawsoli li jillimitaw il-kompetizzjoni ta` terzi billi jipprevjenu lill-obbligat milli jinnegozja maghhom. Dan l-ahhar tip ta` klawsolighandu jigi dikjarat bhala "in restraint of trade". Wiehed allura jrid ihares lejn l-effett anti-kompetitiv tal-klawsola in kwistjoni.

Fil-kaz ta' inadempjenza ta' l-obbligazzjoni, il-kreditur, intiz f'sens lat, ghandu zewg toroq x'jaghzel. Jew jitlob in forma specifika l-adempiment u l-harsien ta' l-obbligazzjoni da parte tal-konvenuti, debituri ta' l-obbligazzjoni, jew jitlob ir-rizarciment tad-danni. Del resto l-Artikolu 1125 jissanzjona illi "kull min jonqos li jesegwixxi l-obbligazzjoni li huwa jkun ikkontratta, hu obbligat ghad-danni."

Fejn il-provi fir-rigward ta' l-ammont tad-danni ma humiex tant lineari jew ben stabbiliti jew f'kaz ta' nuqqas ta' mezzi probatorji l-ammont ghandu jigi ffissat ex aequo et bono mill-gudikant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment