Reference: 522/1997/1

Judgement Details


Date
16/12/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
HARMSWORTH JOSEPH ET vs BEZZINA GAETANA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SUCCESSJONI, IMPUNJAZZJONI TA` TESTMENT FUQ IL-BAZI INSANITA` MENTALI TAT-TESTATUR - TESTMENT, IMPUNJAZZJONI FUQ IL-BAZI INSANITA` MENTALI TAT-TESTATUR
Summary
L-artikolu 597(d) tal-Kap 16 jipprovvdi li huma nkapaci li jiddisponu b'testment: dawk li, ghalkemmmhux interdetti, ma jkunux f'sensihom fiz-zmien tat-testment.

Il-principji li japplikaw f'kazijiet ta' mpunjazzjoni ta' testmenti minhabba insanita' mentali tat-testatur huma:

1. Illi l-kapacita' li wiehed jaghmel testment hija r-regola u l-inkapacita' hija l-eccezzjoni, u ghalhekk il-presunzjoni hija favur il-kapacita'; liema presunzjoni hija "juris tantum";

2. Illi huma nkapaci li jiddisponu b'testment dawk li fi zmien it-testment ma jkunux f'sensihom, u illi l-inkapacita' tat-testatur ghandha tigi ppruvata minn min irid jimpunja t'testment;

3. Illi biex it-testatur ikun kapaci jaghmel testment ma hemmx bzonn li jkun perfettament u rigorozament san minn mohhu, imma huwa bizzejjed li jkollu l-uzu tar-raguni fi grad tali li jippermettilu jkun jaf x'inhu jaghmel;

4. Illi biex tigi stabbilita l-insanita' mentali tat-testatur hemm bzonn li jirrizultaw indizji gravi;

5. Illi l-Qrati taghna dejjem kienu riluttanti li jammettu d-domandi biex jigiannullat testment minhabba insanita' mentali tat-testatur jekk dik l-inkapacita' ma tkunx irrizultat b'mod cert minn fatti precizi u univoci, u ma jkunx gie pruvat li kienet tezisti fil-mument li t-testatur kien qieghed jaghmel it-testment.

Ir-ragjonevolezza tad-disposizzjonijiet kontenutifit-testment hija wahda mill kriterji li ghandhom iwasslu lill gudikant biex jiddeciedi dwar l-insanita' mentali jew le tat-testatur, jigifieri biex jiddeciedi jekk fil-waqt li kien qieghed jaghmel it-testment, it-testatur kellux kuxjenza bizzejjed ta' dak li kien qieghed jaghmel u volonta' li jiddetta dawk id-disposizzjonijiet li hemm fit-testment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info