Reference: 883/1997/1

Judgement Details


Date
17/10/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
GAUCI JOHN ET vs MIZZI DANIEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET GHANDHOM JIGU VALUTATI SKOND IN-NATURA TAL-KIRJA - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET IRIDU JIGU VALUTATI LKOLL FLIMKIEN - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JPATTU GHAL KERA BAXX - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - LOKAZZJONI TA` ART AGRIKOLA - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - RELEVANZA TAL-BUONA FEDE TAL-INKWILIN - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - RELEVANZA TAL-MALA FEDE TAL-INKWILIN
Summary
Huwa minnu illi l-mala fides hija fattur relevanti ghall-ghanijiet tal-Artikolu 1530 tal-Kodici Civili. Dan ifisser illi kirja maghmula in mala fide biex tqarraq bis-sidien ma tistax titqies bhala maghmula taht kondizzjonijiet xierqa. Ma jfissirx, izda, illi jekk ma jkunx hemm mala fide mela l-kondizzjonijiet tal-kiri ghandhom ipso facto jitqiesu bhala xierqa, ghax il-kriterju tal-art. 1530 ma huxwiehed biss soggettiv izda hu mehtieg ukoll illi jintwera illi l-kiri sar taht kondizzjonijiet illioggetivament jitqiesu bhala "kondizzjonijiet gusti".

Il-gustizzja tal-kondizzjonijiet tal-kirja m`ghandhomx jittiehdu fl-astratt, izda jridu jigu valutati fid-dawl tan-natura tal-kirja. Ghalhekk, anki jekk ikun hemm avarija zghira hafna bejn il-kera miftehma u dik li tkun giet meqjusa bhalal-kera xierqa ghall-finijiet tal-Artikolu 1530, xorta wahda l-kirja tkun tista` titqies bhala li saret taht kondizzjonijiet ingusti.

Hawnhekk il-Qorti kkonkludiet li f`kirjiet ta` art agrikolail-kera ffissata hija normalment wahda baxxa hafna minhabba l-kondizzjonijiet ekonomici ta` min jahdem fl-agrikoltura. Ghalhekk, anki differenza zghira ta` flus tista` tissarraf f`differenza kbira meta jittiehed kont tan-natura tal-kirja.

Il-valur lokatizju ta' tomna raba' mehuda purament ghal skopijiet agrikoli dejjem tkun rata baxxa u dana huwa konformi mad-dhul tradizzjonali ta' gabillott li kien ikun wiehed baxx. Ghalhekk biex dana jigi mhajjar jahdem l-ghalqa ma kienx ikun hemm piz ekonomiku fuq il-pussess tieghu izda, meta jkun hemm caqliq, anke zghir, fil-valur lokatizju ta' ghalqa, dana jirrifletti fuq il-portata tal-importanza ta' din l-ghalqa, jekk hix baghli, jekk hijiex saqwija jew inkella ghandhiex xi benefikati ohra.

Biex tghid jekk il-kondizzjonijiet tal-kiri humiex gusti jew le trid tqis mhux biss il-kera izda wkoll il-kondizzjonijiet l-ohra tal-kiri. Madankollu, jekk ma jintweriex li kien hemm xi kondizzjoni eccezzjonalment favur is-sidien biex tpatti ghall-fatt illi l-kera stipulat kien baxx, xorta l-Qorti tkun trid tasal ghall-konkluzjoni illi l-kirima kienx sar taht kondizzjonijiet gusti ghas-sidien.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info