Reference: 31/1998/1

Judgement Details


Date
30/09/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
DEMANUELE EMANUEL ET vs FAST FOOD SERVICES LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KERA - RIPRESA TA FOND KUMMERCJALI - ZGUMBRAMENT
Summary
Dan l-appell hu dwar procedura ghar-ripreza tal-fond kummercjali, ad istanza tas-sidien appellati bl-izgumbrament tal-inkwilin. Il-kawzali hija wahda: in-nuqqas ta' uzu. Il-Bord li Jirregola l-Keralaqa' din it-talba. Hija s-socjeta' intimata inkwilina li interoniet dana l-appell.

L-aggravji tas-socjeta appellanti huma tlieta, igifieri:
(i) li l-Bord li Jirregola l-Kera naqas li japprezza bl-ahjar mod il-kundizzjonijiet tal-kirja,
(ii) bla pregudizzju, li l-Bord ma ghamilx evalwazzjoni korretta ta' dak li ghandu x'jaqsam man-“non uso” skont il-ligi,
(iii) bla pregudizzju, certi nuqqasijiet procedurali fil-mod kif instemghet u giet deciza l-kawza.

Dwar l-ewwelaggravju, l-appellanti ssottomettiet li l-Bord ghadda ghas-sentenza bla ma ha konjizzjoni tal-kuntratt li stabbilixxa l-kirja bejn ir-rikorrenti appellati u s-socjeta' appellanti, mnejn seta' anke jirrizulta li l-Bord kien inkompetenti ratione materiae li jisma' l-kawza hu.

Dwar dan l-aggravju l-Qorti jidhrilha li jekk tassew kien hemm x'jindika li kien hemm inkompetenza ratione materiae,tali fatt ried jigi stabbilit mill-parti li tkun qeghda tallegah. Jekk is-socjeta' appellanti dehrilha li kien hemm il-htiega li jigi esebit il-kuntratt lokatizju de quo kien jinkombi primarjament fuqha u jispetta lilha li tforni din il-prova li hija tghid li kienet mehtiega. Minbarra dan, ma gietsollevata ebda eccezzjoni f'dan is-sens u ghalhekk din il-Qorti hija sorpriza li issa, fi stadju ta' appell, l-appellanti qeghda tqajjem dan il-punt procedurali. Mill-bqija dan il-pregudizzjal ma jirrizultax mill-provi li gew prodotti u kwindi qieghed jigi respint.

It-tieni aggravju huwa fil-meritu, igifieri dwar jekk bhala fatt il-provi prodotti u l-evalwazzjoni dwarhom kellhomx iwasslujew le ghall-grad ta' prova rikjesta dwar in-“non uso”, il-kawzali bazika fir-rikors promotorju.

Din il-Qorti tibda billi tosserva li hija prassi stabbilita ta' din il-Qorti ta' revizjoni li matiddisturba qatt leggerment dik l-evalwazzjoni dwar provi ta' fatt li tkun saret mill-Qorti tal-ewwel grad, f'dan il-kaz Tribunal specjali, li quddiemha jkunu saru u nstemghu l-istess provi. Trid tirrizulta xi raguni gravi ghal tali revizjoni. Fil-kaz in ezami saret allegazzjoni da parti tal-parti rikorrenti appellata li l-post, wiehed ta' destinazzjoni kummercjali, kien jinzamm ta' spiss maghluq u dan in-“non uso” mill-inkwilin dejjem gie interpretat kemm dottrinalment u minn dawn il-Qrati bhala li jammonta ghal bdil fid-destinazzjoni tal-kirja. Dana ghar-raguni li stabbiliment kummercjali irabbi madwaru isem u klijentela meta miftuh u, bil-maqlub, jitlef dan l-avvjament kull meta jinzamm maghluq. II-parti appellanti issostni li l-provi prodotti juru li l-istabbiliment de quo kien jinzamm fil-maggor parti taz-zmien miftuh u bin-negozju ghaddej salv perijodi stagjonali fix-xhur tax-xitwa meta gieli kienet trid issirlu manutenzjoni u xoghol ta' “refurbishing”. Dan, issostni s-socjeta' appellanti, ma kellu jwassal qatt lill-Bord biex jinterpretah bhala nuqqas ta' uzu.

Dinil-Qorti qieset il-provi mill-gdid, fid-dawl ta' dak li gie sottomess minn entrambi tal-partijiet, ujidhrilha li miz-zewg verzjonijiet moghtija, l-aktar wahda probabbli u attendibbli kienet dik moghtija mill-appellati. Bil-maqlub tal-impressjoni li riedet taghti s-socjeta' appellanti, l-istat ta'nuqqas ta' uzu kien ferm aktar reali u evidenti. Din il-Qorti tikkondivdi l-fehma tal-Bord li ghalkemm ma kienx hemm xi akkaniment kbir la min-naha jew minn ohra dwar produzzjoni ta' provi, hemm bizzejjed provi biex tipprevali it-tezi tar-rikorrenti. Dan l-aggravju ghalhekk huwa wkoll infondat u qed jigi respint.

It-tielet aggravju jattakka “l-ghaggla” li biha l-Bord “zbriga” l-kawza in ezami. Il-Qorti ma jidhrilhiex li jista' jinghad li s-socjeta' appellanti ma kellhiex opportunita' litressaq il-provi taghha.

Certament mill-atti ma tirrizulta ebda talba ghal produzzjoni ta'provi ulterjuri, xi ingunzjoni ta' xhieda jew talba ghas-sospensjoni tal-prolazzjoni tas-sentenza.Din il-Qorti ghalhekk ma tasalx biex tifhem din l-ahhar lanjanza tal-parti appellanti. Dan l-ahharaggravju wkoll qed jigi ghalhekk respint.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi billi filwaqtli tikkonferma in toto s-sentenza appellata moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera, fil-kawza fl-ismijiet premessi, tichad l-appell interpost mis-socjeta' intimata bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontrataghha u b'dana li qeghda tipprefiggilha terminu perentorju ta' xahar li jibda minn din id-decizjonighall-fini ta' zgumbrament mill-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info