Referenza: 23/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/07/2002
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V.
Partijiet
BARTOLO ANTHONY vs IL-PULIZIJA (SPETTUR SANDRO ZARB ET)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - PROCEDURI GHALL-ESTRADIZZJONI
Fil-Qosor
L-izvilupp tad-dritt Kostituzzjonali taghna fil-materja jidher li jmur oltre dak li huwa rikonoxxutmill-organi tal-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg fil-protezzjoni li tinghata f'dawn il-kazijiet fejn qed tintalab l-estradizzjoni ta' individwu minn pajjiz ghall-iehor. Fir-rigward ta'l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni, infatti, gie diversi drabi ritenut mill-Kummissjoni tal-Qorti Ewropeailli l-Artikolu ma jsibx l-applikazzjoni tieghu fil-materja ta' estradizzjoni.

Il-Qrati lokali madanakollu irrikonoxxew il-principju li Qorti rimandanti f`kuntest ta` proceduri ghall-estradizzjoni hija marbuta bir-rekwiziti tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Ovvjament il-gurisdizzjoni tal-Qorti biex tissindika dawn il-proceduri mill-ottika kostituzzjonali hija limitata fil-parametri ta' dak li tipprovdi l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni u l-Att dwar l-Estradizzjoni, il-Kapitolu 276 tal-Ligijiet ta' Malta. Kull ezami ghalhekk li jrid isir dwar jekk kienx hemm ksur tal-principju ta' smiegh xieraq minn Qorti imparzjali jew indipendenti u dana b'riferenza specifika f'dan il-kaz ghall-proceduri quddiem il-Qorti ta' l-Appell Kriminali jrid isir b'riferenza ghall-funzjoni ta' dik il-Qorti fil-materja in ezami.

Huwa pacifiku fil-gurisprudenza li l-kriterju dwar is-sufficjenza tal-provi ghall-fini tad-decizjoni mill-Qorti Rimandanti dwar jekk ghandhiex jew le tibghat lill-persuna ghall-estradizzjoni, ghandu jkun identiku ghall-kriterju dwar is-sufficjenzatal-provi ghall-fini tad-decizjoni mill-Qorti Istruttorja dwar jekk ikunx hemm jew le ragunijiet bizzejjed biex l-imputat jitqieghed taht att ta' akkuza. Dan il-kriterju gie dezinjat f'dawn it-termini. F'kaz li l-Qorti ssib li l-provi prima facie jindikaw il-probabbilita' ta' htija, jew anke jekkikollha dubbju f'dan ir-rigward, hija ghandha tibghat lill-persuna ghall-estradizzjoni. Il-Qorti Rimandanti ma ghandhiex tuzurpa l-funzjoni tal-gudikant: ma ghandhiex tikkonsidra l-preponderanza tal-provi.

Il-Qorti ta` gurisdizzjoni kostituzzjonali m'ghandhiex isservi ta' "a court of thirdinstance" biex ghat-tielet darba - cioe' wara l-Qorti Rimandanti w il-Qorti ta' l-Appell Kriminali -terga' tezamina u taghmel apprezzament tal-provi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment