Reference: 318/2000/1

Judgement Details


Date
28/06/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
ARRIGO NOEL V., CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
VALLETTA DR PIO M vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META L-BORD JINJORA GHAL KOLLOX KWISTJONIJIET TA` DRITT SOLLEVATI MILL-PARTIJIET - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNTI TA` DRITT DECIZI IMPLICITAMENT
Summary
Biex jissussisti d-dritt ta' appell minn decizjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar, ikun jehtieg li l-punt legali jkun gie sollevat fil-mori tal-appell quddiem il-Bord, ikun gie trattat u l-istess punt ikun gie deciz mill-Bord fid-decizjoni li jkun ta. Fi kliem iehor, ikun jehtieg, bhala regola, li l-Bord ikun iddecieda l-punt legali in kwistjoni espressament ghaliex f'bosta kazi il-fattispeci u partikolari tal-kaz ma jippermettux lil din il-Qorti hlief li taghti interpretazzjoni, wahdacioe' dik litterali.

Pero', hemm kazi fejn fejn punt legali jkun jista' jigi gustament dedott jew inferit li jkun gie deciz mill-Bord, mill-assjem tad-decizjoni appellata stess, nonostante lil-istess punt legali ma jkunx gie espressament deciz fid-decizjoni appellata tal-Bord.

Jekk verament tali kwistjoni tkun wahda prettament legali, u l-Qorti tal-Appell tkun konvinta li din il-kwistjoni legali kienet wahda rilevanti ferm, jekk mhux ukoll vitali ghat-tezi ta' xi wahda mill-partijiet involuti fl-appell, allura, fl-ipotesi li din il-kwistjoni legali tkun giet semplicement injorata fid-decizjoni li jkun ta il-Bord, xorta wahda, jitwieled dritt ta' appell mill-istess decizjoni tal-Bord u dan ghal zewg ragunijiet:-

a) Fl-ipotesi li l-Bord ikun verament applika l-attenzjoni tieghu ghall-istess punt legali sollevat quddiemu, izda li ma jkun iddecieda xejn dwaru, wiehed ikun jista' gustament jinferixxi li l-istess punt legali jkun gie implicitament michud mill-Bord ghar-raguni li l-istess punt legali jkun gie meqjus mill-Bord bhala wiehed li ma kienx applikabbli ghall-kaz, kien irrilevanti jew superfluwu jew addirittura ma kellu ebda validita' legali.

b) Fl-ipotesi li l-Bord ma jkunx applika l-attenzjoni tieghu ghall-istess punt legali sollevat quddiemu, uallura necessarjament ma jkun iddecieda xejn dwaru, wiehed ikun jista' gustament jinferixxi li l-Bord naqas mid-dover tieghu li juza d-diskrezzjoni u l-"vires" li l-legislatur ikkonferixxa fuqu metatah il-gurisdizzjoni li jisma' u jiddeciedi appelli maghmula minn min ihossu aggravat b'decizjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar kull haga ta' kontroll tal-izvilupp, inkluz it-twettieq ta' dak il-kontroll. F'dana l-aspett, wiehed jista' jikkonsidrah bhala n-naha l-ohra tal-munita tat-tejorija tal-"ultra vires".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info