Reference: 1962/2000/1

Judgement Details


Date
28/06/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCHAFFRATH ROLAND vs WWW.TRAVEL TV P.L.C.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, DEFINIZZJONI TA` PAGA - IMPJIEG, KUNTRATT DEFINIT - IMPJIEG, TKECCIJA INGUSTA - PROVA, GRAD TA`
Summary
Fil-likwidazzjoni ta` kumpens minhabba tkeccija ingusta minn impjieg fuq kuntratt ta` xoghol definitil-ligi titkellem dwar "paga kollha" li ghandha tithallas lill-impjegat imkecci. It-tifsira tal-kelma "paga" m'hijiex esklussiva imma inklusiva, u ma hijiex limitata biss ghal dak id-dhul basiku lil-impjegat ikollu, izda tinkludi wkoll kull bonus li jkun jisthoqqlu jircievi skond il-kundizzjonijiet espressi tal-ftehim tal-impieg tieghu jew li huwa pagabbli bis-sahha tal-ligi.

Billi l-artikolu 34 (11) jaghmel parti minn ligi specjali, u minhabba li s-sanzjoni msemmija fih hija wahda "puntiva" ghall-imghallem, it-tifsira ta' dak l-artikolu ghandha tkun taqbel mal-ispirtu tal-ligi specjali u m'ghandhiex tkun usa' minn dawk it-termini jew issir b' analogija ma' ligi ohra jew ma' kuncett generali.

F'kull kawza, l-attur irid jipprova l-kaz tieghu u dan fi grad xieraq kif imfisser fir-regoli ewlenin tal-ligi tal-procedura u skond il-haqq. Attur ma jistax inehhi minn fuqu dan l-obbligu billi jappella ghas-sens ta' hniena jew dehen arbitrali tal-gudikant minghajr ma jaghti hjiel ta' prova ta' dak li jitlob. Dan japplika izjed u izjed fkaz fejn l-imharrek huwa kontumaci, u l-Qorti jaqa' fuqha d-dmir li tgharbel b'izjed reqqa l-provi mressqa quddiemha mill-attur. Il-Qorti ma tistax tintalab taghmel xoghol l-attur.

Ghalhekk kwalsijasi bonuses jew elementi tal-paga allegati minn attur f'kawza ta` din in-natura jridu jigu provati. Ghalhekk per ezempju "peformance related bonus" mhux necessarjament jithallas dejjem u ghalhekk ma jistghax jiotqies bhala element tal-paga ghall-iskopijiet tal-likwidazzjoni tal-kumpens dovut lil impjegat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment