Referenza: 712/1982/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/02/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
GAUCI PAUL ET vs MUGLIETTE JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, EKWIPOLLENZA - CITAZZJONI, FORMALIZMU EZAGERAT - CITAZZJONI, KAWZALI TA` - CITAZZJONI, PARAMETRI TA` - DEPOZITU, AFFINI GHALL-MUTWU META JKUN TA` FLUS - DEPOZITU, AFFINITA` MAL-KUNTRATT TA` MANDAT - DEPOZITU, DOVERI TAD-DEPOZITARJU - DEPOZITU, IMGHAX FUQ SOMMA TA` FLUS DEPOZITATA - DEPOZITU, NATURA TA`
Fil-Qosor
Il-ligi espressament tiddisponi li eccezzjoni tal-preskrizzjoni tista' tigi sollevata fi kwalunkwe stadju tal-proceduri anki fi stadju ta' appell. Naturalment meta hekk isir, il-Qorti trid tiehu konsiderazzjoni ta' dan il-fatt, meta tigi biex tiddeciedi fuq l-ispejjez.

Il-Qorti fid-determinazzjoni tal-kawza ghandha toqghod strettament ghat-termini tal-kawzali u tat-talba kif migjuba fic-citazzjoni. Is-sentenza trid tirrispekkja dik it-talba konsiderata fid-dawl tal-provi prodotti u tal-principji tad-dritt applikabbili ghalihom u tenut kont tal-eccezzjonijiet tal-konvenut.

It-termini wzati f'atti gjudizzjarji formali, bhal ma huma l-att tac-citazzjoni, ghandhom jittiehdu biss fis-sens gjuridiku taghhom, u mhux fis-sens tal-lingwagg popolari ta' nies profani tal-ligi. Xorta ohra l-konsegwenzi jkunu kaotici.

Principju dan li ma jfissirx li l-Qorti kellha tmur ghall-eccess tal-formalizmu essagerat bazat fuq is-sens litterali tal-kelma espressa b'mod li jigi eskluzl-ispirtu tal-ligi jew kull esercizzju legittimu ta' anologija anki per equipolens - ezercizzju danilli hu wkoll rikonoxxut mill-gjurisprudenza u li hu kultant mehtieg biex jaghti sinifikat korrettlill-azzjoni kif proposta, jiffavorixxi l-ekonomija tal-gudizzji u jassigura gustizzja bejn il-partijiet. Dan kollu pero' dejjem jekk ikun permess u permissibbli fil-parametri li fihom tkun arginatal-azzjoni u ferm dejjem il-principju li din ma kellha qatt tigi znaturali.

Art. 1902 tal-Kap.16 jipprovdi li d-depozitarju ma jistghax jinqeda mill-haga depozitata minghajr il-kunsens espressjew prezunt tad-depozitant. Artikolu li a kuntrarju sensu jfisser illi jekk ikun hemm tali kunsensd-depozitarju jista' jinqeda' b'dawn il-flus ghall-bzonnijiet tieghu.

Id-depozitu in generalihuwa kuntratt li bih wiehed jircievi l-haga ta' haddiehor, bl-obbligu li jikkustodiha jroddha in natura. Meta d-depozitu jkun volontarju, il-kuntratt ghandu necessarjament minn-natura tal-mandat, ghaliex id-depozitarju jkun obbligat li jezegixxi l-volonta' tad-depozitant u jagixxi skond il-mandatlilu moghti fl-amministrazzjoni tal-oggett fdat f'idejh.

Il-hlas ta' imghax fuq somma kapitali li hija kwalifikata bhala depositu ma jtellifx lil tali somma n-natura taghha ta' depositu specjalment jekk id-depositu jsir fl-interess tad-depositarju. Ghalhekk ma hemmx differenza bejn il-provvedimnenti rigwardanti id-depositu u l-mutuu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment