eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 15/2007
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
26/06/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
GENERAL WORKERS UNION vs BANK OF VALLETTA PLC..
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
GENERAL WORKERS UNION vs BANK OF VALLETTA PLC.. - 15/2007 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), AMMINISTRATTIV
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Fil-Qosor
L-appell odjern interpost mill-General Workers' Union huwa sussegwenti ghad-decizjoni moghtija mit-Tribunal Industrijali. Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh u Xoghol kien irrefera t-Tilwima Industrijali bejn il-partijiet lit-Tribunal Industrijali. It-termini ta' riferenza f'din l-ittra kienu li l-Bank of Valletta plc ghandu japplika l-beneficcji tal-Consolidated Staff and Widows and OrphansPensions Fund b'mod uniformi u mhux b'mod arbitrarju u diskriminatorju u ghalhekk ghandu jhallas tali beneficcji lill-haddiema kollha li kienu jikkontribwixxu fil-Consolidated Staff and Widows and Orphans Pensions Fund.
It-Tribunal ikkonkluda li huwa prekluz milli jiddeciedi dwar il-kaz peress li effettivament sostna li dan ma kienx kaz ta' tilwima tax-xoghol skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-Kap 452, izda kien kaz ta' allegata diskriminazzjoni taht id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 26 (2) li skond l-Artikolu 30 (3) kellu jigi mismugh mit-Tribunal Industrijali kif kompost minn Chairman wiehed u mhux minn tlett membri kif kien attwalment kompost, b'dan li allura iddeciedali kif kien kompost ma setax jisma' l-kaz in ezami.
Il-General Workers' Union interponiet l-appell odjern fejn ressqet zewg aggravji (1) illi d-decizjoni moghtija mit-Tribunal Industrijali hijawahda nulla u bla effett stante li hija skarna minn kull motivazzjoni; (2) it-Tribunal Industrijalighamel apprezzament zbaljat tal-ligi li titratta l-kompetenza u l-komposizzjoni tat-Tribunal Industrijali.
Fir-risposta tieghu l-appellat il-Bank of Valletta plc eccepixxa (1) preliminarjamentli l-appell odjern huwa inammissibbli stante li ma jaqax fl-ambitu tal-Artikolu 82 (3) tal-Kap 452;(2) fil-mertu, d-decizjoni hija ampjament motivata, valida u konformi mad-dizpozizzjonijiet relevanti tal-Kap 12; (3) fil-mertu, it-Tribunal interpreta l-ligi b'mod korrett.
Din il-Qorti ta'l-Appell kellha titratta l-eccezzjoni preliminari mressqa mis-socjeta' appellat Bank of Valletta plcu cioe' li l-appell huwa inammissibbli peress li ma jaqax fl-ambitu tal-Artikolu 82 (3) tal-Kap 452. Dan l-artikolu jipprovdi :-
(3) Fil-kazi ta' tkeccija minghajr kawza gusta u fil-kazi li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal skond l-artikolu 75 (1)(a) u (b), jkun hemm dritt ta' appellfuq punt ta' ligi. Dan l-appell ghandu jsir b'rikors lill-Qorti ta' l-Appell kkostitwita skond l-artikolu 41 (6) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. Dan ir-rikors ghandu jigi prezentatmhux aktar tard minn tnax-il gurnata mid-data tad-decizjoni tat-Tribunal.
L-artikolu 75 (1)jipprovdi li:-
Minkejja kull ma jinsab f'kull ligi ohra, it-Tribunal Industrijali jkollu gurisdizzjoni esklusiva li jikkonsidra u jiddeciedi:-
(a) il-kazijiet kollha fejn jigi allegat li sarettkeccija ingusta;
(b) il-kazijiet kollha li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal Industrijali bis-sahha tat-Titolu I ta' dan l-att jew tar-regolamenti preskritti tahtu.
Taht Titolu Ital-Kap 452 l-unika kazijiet li jistghu jigu riferiti lit-Tribunal Industrijali huma dawk dwar allegat trattament diskriminatorju, xoghol ta' valur ugwali, vittimizzazzjoni, ghoti ta' fasitidju li jiksru d-disposizzjonijiet tal-artikoli 26 sa 28 tal-Kap 452 u tali riferenza quddiem l-istess Tribunalhija mahsuba fl-artikolu 30 li jipprovdi li:-
(1) Persuna li tallega li l-principal ikun kiser, jew li l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg ikunu jiksru, d-disposizzjonijiet ta' l-artikoli 26, 27, 28jew 29 tista', fi zmien erba' xhur mill-ksur allegat, tipprezenta ilment quddiem it-Tribunal Industrijali u t-Tribunal Industrijali ghandu jisma' dak l-ilment u jwettaq dawk l-investigazzjonijiet lijqis xieraq.
F'kaz ta' tilwim tax-xoghol ir-riferenza ghat-Tribunal Industrijali ssir abbazital Artikolu 74 u ghalhekk taht id-disposizzjonijiet tat-Titlu II tal-istess Att u ghalhekk jirrizulta b'mod car li l-Att jikkontempla biss id-dritt ta' appell minn decizjoni tat-Tribunal Industrijali fic-cirkostanzi s-segwenti:-
(1) F'kazijiet ta' tkeccija ingusta, kemm meta t-Tribunal ikun kompost minn Chairperson wahdu, kif ukoll meta jkun kompost minn Chairperson flimkien ma' zewg membri ohra
(2) F'kazijiet fejn it-Tribunal ikun kompost minn Chairperson wahdu cioe' fil-kazi li jaqghutaht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal skond l-artikolu 75 (1) (a) u (b).
La darba l-kompetenza ta' din il-Qorti ghall-appelli mit-Tribunal Industrijali hija limitatata b'dak li jipprovdi l-Kap 452, allura din il-Qorti ma ghandhiex kompetenza li tisma' dan l-appell taht l-istess Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, stante li l-kompetenza ta' din il-Qorti bhala Qorti tat-tieni istanza hija cirkoskritta bid-disposizzjonijiet tal-artikolu 82 (3) li jaghti dritt ta' appell fuq punti ta' ligi biss fil-kazijiet ta' tkeccija minghajr kawza gusta u fil-kazi li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tat-Tribunal skond l-artikolu 75 (1) (a) u (b). Ghaldaqstant, din il-Qorti laqat l-eccezzjonipreliminari tal-Bank appellat u cahdet l-appell tal-Union appellanti stante li huwa inamessibbli aitermini tal-artikolu 82 (3) tal-Kap 452.
Din il-Qorti thoss li l-Ligi fil-kaz in ezami ma taghti l-ebda dritt ta' appell quddiem din il-Qorti.Ghaldaqstant, din il-Qorti ta'l-Appell tikkonkludili dan l-appell huwa inammissibbli peress li l-Artikolu 82 (3) tal-Kap 452 ma jipprovdix ghall-appell f'dan il-kaz u ghalhekk tichad l-appell interpost mill-General Workers' Union.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.