Reference: 2589/1996/1

Judgement Details


Date
30/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
GASAN INSURANCE AGENCY LIMITED vs DE LEONARDI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, SINJAL TA` SEWWIEQ IEHOR - KOLLIZJONI, VELOCITA`
Summary
Utent ta` triq sekondarja ghandu l-obbligu li jcedi ghat-traffiku fi triq principali, li jesplora tajjeb it-triq principali qabel johrog fiha, u li jimxi 'dead slow' u sahansitra jwaqqaf, biex jaccerta ruhhu li jista johrog bla hsara.

Utent ta` triq principali ghandu wkoll l-obbligu li joqghod attent imma l-grad ta' diligenza li jinkombi lilu hu ferm anqas minn dak ta utent ta` triq sekondarja ghax hu ma jkunx qieghed jiddisturba l-kors tat-traffiku, imma jkun miexi ghad-dritt.

Il-fatt li utent ta` triq sekondarja gie milqut meta kien ittraversa bicca sewwa mit-triq principali huwa rrilevanti.

Utent ta` triq sekondarja irid jidhol got-triq principali bla ma jiehu riskjili driver prudenti ma jiehux. Utent ta` triq sekondarja ma jistax johrog go triq principali bl-izgiccaturi.

Meta wiehed jigi biex jaqsam it-triq b'karozza dan irid jara li ma jkunx hemm traffiku, mhux biss meta jibda jaqsam imma anke sakemm jaqsam ghal kollox.

Jekk iz-zewg sewwieqa setghu jaraw lil xulxin fi zmien utili, il-fattur tal-velocita` m'ghandux x'jaqsam xejn mal-kawza determinanti tal-kollizjoni.

Il-velocita' tal-parti l-ohra mhix skuza ghas-sewwieq li jonqos mill-osservanza tad-dmirijiet tieghu tas-sewqan.

Il-fatt li sewwieq ikun qed isuq karozza b'velocita' eccedenti l-ispeed massimu regolamentari, jekk dan ma jkunx il-kawza determinanti tal-kollizzjoni, huwa m'ghandux jinstab responsabbili lanqas fi grad ta' kontributorjeta' purche l-velocita` tieghu ma tkunx dak li tista` tissejjah sfrenata.

Gie kostantement ritenut illi waqt li l-velocita' eccessiva ghal dik regolamentari, jekk tirrizulta pruvata, tesponi lis-sewwieq sia jekk dan ikunutent ta` triq principali u sia jekk ma jkunx, ghall-proceduri kriminali kontra tieghu ghall-vjolazzjoni ta' regolamenti tas-sewqan appositi; tali velocita' eccessiva fiha infisha ma tistax titqies apriori bhala fattur determinanti ghar-responsabilita' ghall-incident jew kontributorju ghalih. Iridjigi stabilit sodisfacentement illi l-velocita' eccessiv kienet element determinanti li pprovoka l-incident u li tista' titqies bhala l-kawza prossima tal-akkadut.

Is-sinjali li tati persuna lil sewwieq ma jassolvux lil dan mid-dover tieghu li joqghod attent ghal utenti tat-triq ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment