Referenza: 696/1990/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/01/2007
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY, FARRUGIA SACCO LINO, MALLIA TONIO
Partijiet
GATT BALDACCHINO CARMELO SIVE CHARLES ET vs ARCIDIACONO GIUSEPPE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT GUDIZZJARJU, IDENTITA` TA PERSUNA INDIKATA FI - ITTRA UFFICJALI, META TIKKONTJENI ZBALL - KONVENJU, PROMESSA UNILATERALI
Fil-Qosor
Differenzi fl-isem ta' l-attur u fl-ortogrofija (spelling) ta' isem fuq ittra ufficjali maghmula aitermini ta' l-Artikolu 1357(2) tal-Kodici Civili ma jippregudikawx l-effikacja ta' dik l-ittra ufficjali.

Jekk ma hemmx u qatt ma kien hemm problema dwar l-identita` tal-persuna li maghha l-partijiet ikkuntrattaw allura mhux il-kaz allura li si tratta minn persuna "totalment estranea ghall-konvenju".

Tali persuna setghet giet deskritta b'modi differenti, imma fuq l-identita` taghha ma hemm assolutament ebda dubju ragjonevoli. Issa daqstant iehor huwa car, ovvju u minghajr ombra ta' dubju li huma persuni li jakkwistaw drittijiet u ghandhom obbligazzjonijiet, u li l-ismijiet u l-kunjomijiet iservu biex il-persuni jigu identifikati u distinti minn persuni ohra.

Obbligazzjoni unilaterali hija wkoll valida jekk accettata, u mhux mehtieg li kull meta jkun hemm obbligazzjonita' bejgh, din tkun segwita b'obbligazzjoni ta' xiri.

Fil-kaz ta' weghda ta' bejgh jew ta' xiri, il-ligi tikkontempla separatament il-promessa unilaterali tal-bejjiegh li jittrasferixxi l-hagalix-xerrej bi prezz determinat jew li jista' jigi determinat (Art. 1357 Kodici Civili), u l-kontro-promessa unilterali tax-xerrej li jixtri l-haga u jhallas il-prezz (Art. 1360 Kodici Civili). Mallil-promessa sija tal-bejjiegh kemm dik tax-xerrej, tigi accettata mill-parti li favor taghha tkun saret, dik il-promessa jew offerta tinbidel f'obbligazzjoni f'dak li jkun ghamilha, b'mod li dak li jwieghed ("promisor") ikun obbligat jesegwixxi l-obbligazzjoni minnu assunta, u, fin-nuqqas l-accettant ("promisee") jista' jitlob li l-parti li tkun weghdet tigi ordnata tesegwixxi n-natura l-obligazzjoni taghha, u jekk dan ma jkunx aktar possibbli, li thallas id-danni. Fi kliem iehor, malli l-promessa tal-bejjiegh tigi accettata mix-xerrej, huwa jsir obbligat li jitrasferixxi, fiz-zmien miftiehemjew determinabbli skond il-ligi, il-haga lix-xerrej u jircievi l-prezz; u jekk il-bejgh ma jkunx jista' jsir izjed, li jhallas id-danni. Similment, malli l-promessa tax-xerrej tigi accettata mill-bejjiegh, ix-xerrej ikun obbligat li, fl-istess zmien, ihallas il-prezz u jircievi l-haga oggett tal-bejgh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment